PROSIT LIL GIANLUCA U LILL-KONTINĠENT MALTI
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Emmanuel Mallia jifraħ lill-kantant Malti Gianluca u l-band tiegħu li lbieraħ għamel unur lil pajjiżna fil-finali tal-Eurovision Song Contest. Gianluca Bezzina bis-sempliċità u l-karattru ferrieħi tiegħu rnexxielu jisraq il-qlub mhux biss tal-Maltin iżda ta’ dawk il-pajjiżi kollha li vvutawlna. Għandna biex inkunu kburin li wasalna fi tmien pożizzjoni minn disgża u tletin pajjiż li kkompetu fil-Eurovision Song Contest. Dan kollu hu frott tal-ħidma ta’ Gianluca u l-band tiegħu kif ukoll tad-delegazzjoni Maltija mmexxija miċ-chairman tal-PBS Tonio Portughese u mic-CEO tal-PBS Anton Attard.
Il-Ministru kellu l-okażżjoni jifraħ lil Gianluca Bezzina immedjatament wara li tħabbar ir-riżultat meta mar fil-kamra tal-kontinġent Malti backstage u feraħ lill-grupp kollu. Il-Ministru Mallia jirringrazzja lill-poplu Malti kollu li ngħaqad wara Gianluca biex jagħtih is-sostenn kollu.
F’dan il-qasam, għandna fejn inħarsu ‘il quddiem hekk kif pajjiżna ser jingħata pubblicità mad-dinja kollha meta Malta tospita is-sebgħin assemblea ġenerali tal-EBU (European Broadcasting Union) li ser issir ix-xahar li ġej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en