Left arrow Go Back

LAQGĦA BEJN IL-MINISTRU TAL-INTERN U SIGURTA’ NAZZJONALI L-ONOR. EMANUEL MALLIA, IL-PUBLIC BROADCASTING SERVICES U S-SINJURA INGRID DELTENRE, ID-DIRETTRIĊI ĠENERALI TAL -EUROPEAN BROADCASTING UNION

pr1021
Date Icon 18/05/2013

Jintlaħaq ftehim biex l-EBU tagħti assistenza lill-pajjiżna fit-tiġdid tal-Politika Nazzjonali tax-Xandir

Il-Ministru Dr. Emanuel Mallia laħaq ftehim mal-EBU sabiex Malta tirċievi l-assistenza kollha neċessarja bl-għan li  jinbeda proċess ta’ tiġdid tal-Politika Nazzjonali tax-Xandir li kienet saret fis-sena 2004 u li llum il-ġurnata qed tiġġeded.  Dan billi l-EBU tipprovdi l-infrastruttura, assistenza legali u esperjenza neċessarja biex din il-politika tkun aġġornata għaż-żminijiet u l-avvanzi teknoloġiċi tal-lum.  Il-partijiet qablu li din il-politika għandha tirrifletti t-tibdil kollu li sar fil-qasam tax-xandir bit-transizzjoni minn “Public Service Broadcasting” għal “Public Service Media”.

Dan il-ftehim intlaħaq waqt laqgħa li saret illum f’Malmo, l-Isvezja, bejn il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali l-Onor. Dr. Emanuel Mallia, iċ-Chairman tal-Public Broadcasting Services Limited (PBS), Dr. Tonio Porthugese, il-Kap Ezekuttiv is-Sur Anton Attard u d-Direttriċi Generali tal-European Broadcasting Union (EBU) s-Sinjura Ingrid Deltenre. Waqt din il-laqgħa ġie diskuss il-programm taż-żewġ laqgħat li mistennija jsiru f’Malta, dik mtella’ mill-World Broadcasting Unions (WBU) u s-Sebgħin Assembleja Ġenerali tal-European Broadcasting Union.  Dawn ser isiru bejn il-25 u t-28 ta’ Ġunju, 2013.

Tul il-laqgħa s-Sinjura Deltenre esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal mod kif sejrin il-preparamenti finali għal dawn il-laqgħat importanti u awgurat illi din l-okkażjoni tkompli issaħħaħ r-relazzjonijiet bejn l-EBU u l-PBS bhala x-xandir nazzjonali Malti.

Iktar tard matul il-ġurnata il-Ministru Mallia mistenni jiltaqa’ wkoll ma’ diversi dinjitarji fosthom il-President tal-Bord Eżekuttiv tal-European Broadcasting Unit s-Sur Jean-Paul Philippot.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow