Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-ONOR. MICHAEL FARRUĠIA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA

pr1018
Date Icon 18/05/2013

Simplifikazzjoni Aministrattiva dwar il-fidi ta’ ċens ta’ proprjeta` tal-Gvern

Is-Segretarju Parlamentari Dr Michael Farrugia ħabbar wieħed mill-pjanijiet li ser jittwettqu sabiex ir-regoli  dwar fidi ta’ ċens ta’ proprjeta` tal-Gvern jigu simplifikati b’mod ukoll li titneħħa inġustizzja lir-regoli preċedenti kienu ħolqu.

Dan għaliex minħabba terminu ta’ żmien li ried jgħaddi biex wieħed seta` jitħalla jifdi ċens ta’ proprjeta` tal-gvern wara li jkun applika, inħolqu sitwazzjonijiet li min applika biex jifdi cens fi snin partikolari għadu sa` llum ma jistax jagħmel dan. Mill-banda l-oħra kien hemm sitwazzjonijiiet li minn applika ħafna snin wara tħalla jifdi ċens fuq proprjeta` saħansitra fi żmien xaharejn u mill-għada seta` anke jbiegħha. Dan seta’jseħħ minħabba bidla li kienet saret fir-regolamenti dwar il-fidi ta’ ċens, liema regoli vvantaggaw nies li kienu applikaw f’perjodu partikolari iżda li ddiskriminaw ma min kien applika ħafna qabel. Dan għaliex ukoll, it-terminu ta’ żmien impost kien jibda jiddekorri min meta l-file ta’ dak li jkun jitlesta.

Għalhekk jista’ jagħti l-każ f’ċertu każijiet dan it-terminu għadu lanqas biss beda jittieħed in konsiderazzjoni. Sabiex titneħħa din id-diskriminazzjoni, is-Segretarju Parlamentari ħabbar li dan it-terminu issa ser jibda jgħodd minn meta l-persuna tkun applikat u mhux minn meta l-file in kwistjoni jkun risolt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow