GĦADD TA’ INIZJATTIVI GĦAL ANZJANITÀ F’SAĦĦITHA U ATTIVA
Il-Gvern preżenti jinsab kommess li jippromulga politika soċjali dwar l-anzjanità li permezz tagħha se se jinħolqu aktar opportunitajiet biex l-anzjani jikbru b’suċċess, b’mod prodottuiv u attivament.
Dan sostnih is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva Dr Franco Mercicea meta llum indirizza ċ-Ċerminonja tal-Għeluq tal-International Programme in Health Promotion, Quality of Life, and Wellbeing li ttella’ f’Tas-Sliema.
Dr Merċieca qal li qegħdin ngħixu f’erà fejn il-popolazzjoni dinjija qiegħda dejjem tixjiħ. Huwa qal li l-età medja f’Malta fl-2011 kienet ta’ 40.5 sena, sentjen aktar mill-2005. Qal li dan kien riżultat tal-fatt li naqset ir-rata ta’ twelid u li żdiedet l-aspettattiva tal-ħajja kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.
Huwa żied jgħid li ċifri preliminari miċ-Ċensiment tal-2011 jindikaw li sal-aħħar tal-2011, kważi terz tal-popolazzjoni jew 98,547 persuna, kiellhom 60 sena jew aktar. Skont proġettazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea jindikaw li fl-40 sena li jmiss il-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom 65 sena jew aktar se tiżdied minn 15.1 fil-mija għal 31.2 fil-mija, waqt li l-popolazzjoni ta’ dawk li għandhom 80 sena se tiżdied minn 3.4 fil-mija għal 11.3 fil-mija.
L-Onor. Mercieca argumenta li quddiem din ir-realtà l-Gvern Malti ma baqax iħares u sa mis-sebgħinijiet, l-Istat beda joffri bosta servizz fil-komunità u servizzi oħrajn għall-anzjani li jkunu jeħtieġu kura fit-tul.
Huwa elenka bosta inizjattivi li beda u se jkun qiegħed jieħu dan il-Gvern biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani f’pajjiżna. Fost oħrajn semma l-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva, it-trasformazzjoni taċ-Ċentri tal-Komunità għall-Anzjani f’lifelong learning hubs, emendi fil-Kodiċi Kriminali biex inħarsu l-anzjani vulnerabbli mill-abbuż, it-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali biex jilħqu persuni anzjani bi bżonnijiet speċjali, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja, l-għoti ta’ korsijiet għall-ħaddiema impjegati fil-qasam tal-anzjani, l-esplorazzjoni ta’ avvanzi riċenti fl-ICT li jistgħu jtejbu s-sigurtà u l-benessri tal-persuni anzjani, l-introduzzjoni ta’ leġislazzjoni biex intejbu l-istandards fil-qasam tal-long-term care, inħeġġu l-iskema ta’ pensjonijiet tat-tielet pilastru, it-titjib b’diversi modi tal-liġijiet preżenti fuq il-ħarsien soċjali u s-sigurtà biex intejbu l-livelli tad-dħul tal-anzjani.
Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li dan il-Gvern għandu enerġija, entużjażmu u ambizzjonijiet dwar il-politika tal-anzjani. Żied jgħid li s-Segretarjat Parlamentari huwa kommess li jassigura li l-anzjani kollha f‘Malta jkollhom opportunitajiet aħjar biex jgħixu b’dinjità u sigurtà fejn igawdu minn aċċess għal servizzi essenzjali ta’ saħħa u soċjali, iżda wkoll li jirċievu d-dħul minimu permezz ta’ implimentazzjoni ta’ qafas ta’ ħarsien soċjali nazzjonali u investiment soċjali oħrajn.
Huwa saħaq li miżuri bħal dawn se jkunu qegħdin jestendu l-awtonomija u l-indipendenza ta’ persuni anzjani, jipprevjenu l-faqar u jikkontribwixxu għal xjuħija aktar b’saħħitha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en