Left arrow Go Back

LAQGĦA TAT-TRIO TAL-PRESIDENZA MALTIJA

pr1009
Date Icon 17/05/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u l-Fondi Ewropej, Dr. Ian Borg, ix-xahar id-dieħel ser iżur l-Irlanda fejn, flimkien ma’ rappreżentanti  tal-Gvern Olandiż u Slovakk, iż-żewġ pajjiżi l-oħra li flimkien ma’ Malta se jifformaw it-Trio tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017, ser jesperjenza dirattament x’tinvolvi l-organizzazzjoni ta’ avveniment daqstant importanti.  

Dan ħabbru l-bieraħ is-Segretarju Parlamentari  Dr. Ian Borg stess  waqt laqgħa fl-Auberge d’Aragon ma’ l-ET Jim Hennessy, l-Ambaxxatur tal-Irlanda f’Malta. Din il-laqgħa hija waħda minn sensiela ta’ laqgħat li s-Segretarju Parlamentari Dr. Ian Borg qed ikollu ma’ Ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bi tħejjija għall-Presidenza Maltija fl-ewwel nofs tal-2017. Uffiċjalment it-tmintax-il xahar tal-Presidenza Maltija jibdew fl-1 ta’ Jannar, 2016 bil-Presidenza Olandiża.

Waqt din il-laqgħa l-Ambaxxatur Hennessy, spjega lil Dr. Borg x’ tinvolvi l-organizzazzjoni tal-Presidenza Irlandiża li tintemm fl-aħħar ta’ Ġunju, 2013.  Semma fost l-oħrajn l-ammont kbir ta’ laqgħat li għalihom jattendu eluf ta’ delegati, il-budget li ġie allokat għall-Presidenza, in-numru kbir ta’ ġurnalisti li jattendu, kif ukoll l-attivitajiet kulturali li ġew organizzati għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li jżuru l-Irlanda fil-perjodu tal-Presidenza.

Spjega wkoll li sa minn sentejn u nofs qabel l-Irlanda waqqfet tlett units, wieħed dwar it-tħejjija tal-policies, unit iehor responsabbli mil-loġisitika u iehor dwar l-istampa u l-mezzi  ta’ komunikazzjoni. Minn ħafna xhur qabel ukoll, l-Irlanda ħadet diversi inizjattivi  biex tieħu vantaġġ mill-Presidenza ħalli tħajjar l-investiment barrani fil-pajjiż,  turiżmu u kultura.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Dr. Borg, filwaqt li rringrazzja lil Ambaxxatur Hennessy għal l-informazzjoni kollha li ipprovdielu, infurmah illi fil-jiem li ġejjin il-Gvern ser iħabbar l-istruttura li ser tieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-Presidenza Maltija.  “Għalina dan huwa avveniment ta’ importanza nazzjonali u ghalhekk ser nużaw ir-riżorsi umani kollha disponibbli,” qal Dr. Borg.  Huwa nfurmah ukoll li d-Deputat Prim Ministru diġa’ ħabbar pubblikament li fost it-temi li Malta qed tikkunsidra tindirizza waqt il-Presidenza hemm l-importanza taċ-ċittadini fil-qalba tal-Unjoni Ewropea, il-ġlieda kontra l-faqar, il-qawmien ekonomiku u l-immigrazzjoni irregolari.

Fl-aħħar tal-laqgħa l-Ambaxxatur Irlandiż ippreżenta lis-Segretarju Parlamentari Dr. Borg kopja tal-programm ta’ tmintax-il xahar tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ippreprat mill-Irlanda flimkien mal-Litwanja u l-Grecja li għandhom il-Presidenza fit-12-il xahar li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow