PROSIT GIANLUCA
pr1002
17/05/2013
Aktar kmieni llum is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura Dr. José Herrera ċempel personalment lill-kantant Malti Gianluca Bezzina u feraħlu għall-wirja tiegħu lbierah li wasslet lilu u lil Malta sabiex għada f’Malmo Malta tkun mal-kumplament tal-finalisti fis-serata finali tal-Eurovision Song Contest.
Is-Segretarju Parlamentari awguralu għas-serata finali u f’isem il-poplu Malti raddlu ħajr tal-impenn tiegħu li jkompli jagħmel isem lit-talent Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en