JITĦABBAR IL-BORD IL-ĠDID TAL-WASTESERV
Il-Ministru Leo Brincat jitkellem dwar l-andament tal-Istrategic Review li għadha għaddejja fil-Kumpanija
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat ħabbar il-bord il-ġdid tal-WasteServ.
Il-Ministru Leo Brincat qal li ħarsa lejn il-membri tal-bord turi li hemm tiżwieqa ta’ persuni bi kwalifiki diversi bħal fl-inġinerija, fix-xjenza, b’esperjenza maniġerjali, b’esperjenza fis-settur privat, kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika.
Qal li ħadd mill-membri tal-bord il-ġdid tal-WasteServ ma huwa ser jkollu rwol eżekuttiv.
Il-Ministru Brincat għamilha ċara li l-ħatra tal-bord il-ġdid huwa biss l-ewwel pass ta’ proċess li għad irid jieħu għadd ta’ġimgħat oħra sakemm jiġi konluż.
Dan billi f’dawn l-aħħar jiem ġew awtorizzati studji differenti, ilkoll intiżi biex ikun hemm ħarsa strateġika u min kull aspett lejn l-operat kollu tal-WasteServ.
Filwaqt li appella lill-membri tal-bord biex iħarsu ‘l quddiem fil-ħidma tagħhom, il-Ministru Brincat awgura li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-operat tal-WasteServ ħalli jiġu evitati nuqqasijiet li setgħa kien hemm fis-snin li għaddew.
Il-membri tal-bord il-ġdid tal-WasteServ huma:
Mr. David Borg (Chairman)
Ing. Helga Pizzuto (Deputy Chairman)
Mr.Edric Micallef
Mr. Godwin C. Pulis
Dr. Peter A. Gatt
Mrs. Iris Camilleri Mifsud
Mr. John Darmanin
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en