Left arrow Mur Lura

MINISTRI TAL-UE F’SEJĦA KONĠUNTA LILL-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR IL-ĠLIEDA KONTRA D-DISKRIMINAZZJONI FIL-KONFRONT TA’ PERSUNI LGBT

pr0998
Date Icon 16/05/2013

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli, qed tieħu sehem fl-ewwel konferenza internazzjonali ta' livell għoli fuq l-emanċipazzjoni tal-persuni LGBT.  Il-konferenza qed issir f'The Hague fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija u Transfobija (IDAHO) li huwa kkommemorat kull sena fiż-17 ta’ Mejju.

Il-konferenza, organizzata mill-gvern Olandiż, qed tiddiskuti l-iżviluppi internazzjonali li jinvolvu d-diskriminazzjoni u l-emanċipazzjoni ta' persuni omosesswali, bisesswali u transgender.

Illum (Il-Ħamis 16 Mejju) ministri minn għadd ta' Stati Membri tal-UE iffirmaw dikjarazzjoni konġunta li titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta approċċ politiku komprensiv f’livell Ewropew dwar kwistjonijiet LGBT, b’mod partikolari dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza fl-isferi kollha tal-ħajja.  Din is-sejħa hija l-ewwel pass li permezz tagħha għadd ta' Stati Membri b'mod konġunt qed jesprimu r-rieda tagħhom li jaħdmu flimkien dwar politika fuq temi li jikkonċernaw lill-persuni LGBT u li jitolbu gwida dwar din il-kwistjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

Is-sejħa konġunta tgħid li: “azzjoni tal-UE hija meħtieġa biex tikkoordina u tippromwovi sforzi fuq livell tal-UE u biex jinxterdu prattiċi tajba, u biex tappoġġa l-isforzi li jsiru fil-livell nazzjonali biex l-Istati jimxu lejn Ewropa ħielsa mill-omofobija u t-transfobija.  Li tieħu azzjoni biex tipprevjeni d-diskriminazzjoni u tiprovdi rimedji tista’ tagħmel differenza mhux biss għall-miljuni ta' ċittadini LGBT fl-Ewropa, iżda għal kulħadd”.

Il-Ministru Dalli qalet li għall-ewwel darba din is-sena, Malta se tkun qed tfakkar uffiċjalment il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija u t-Transfobija.  Din il-ġurnata se tkun imfakkra ta’ kull sena.

Dr Dalli qalet li dawk li l-policymakers u l-politiċi huma marbuta li jissettjaw il-politika u jilleġislaw kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, inkluż id-diskriminazzjoni kontra persuni LGBT.  Dan għandu jkun b'mod parallel ma’ aktar edukazzjoni sa mill-ewwel snin tal-ħajja ta' persuna.

Il-Ministru Dalli qalet li l-gvern huwa impenjat lejn soċjeta` ġusta fejn kulħadd igawdi drittijiet indaqs.

Dr Dalli żaret kulleġġ (Hofstad Lyceum) fejn l-istudenti u l-edukaturi jħaddnu prattiċi tajba li jiċċelebraw id-diversita` tal-orjentazzjoni sesswali fil-kurrikulu edukattiv, kif ukoll fl-ambjent tal-iskola.

Matul iż-żjara tagħha, il-Ministru Dalli kellha wkoll laqgħa ma’ delegazzjoni tal-International Gay and Lesbian Association ILGA) fl-Ewropa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow