Left arrow Mur Lura

ŻJARAT FL-ISKOLA SPEĊJALI TAS-SANNAT U Ċ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM SANTA MARTA

pr0997
Date Icon 16/05/2013

Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Marie Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva Franco Mercieca żaru dalgħodu l-Iskola Speċjali tas-Sannat fejn kien spjegat lilhom is-servizzi speċjali li jigu offruti t-tfal b’diżabbiltà li jattendu din l-iskola.

Din l-iskola toffri s-servizzi tagħha lil 26 student, sebgħa minnhom permezz ta’ programm ta’ ġurnata waqt li d-19 l-oħra jattendu għal sessjonijiet tal-ICT u Multi-sensory fuq perjodu ta’ ġimagħtejn.

Matul din iż-żjara l-Ministru Marie-Louis Coleiro Preca faħħret ix-xogħol li qiegħed isir bil-għan li tfal b’ abbiltajiet differenti jingħataw kull opportunità għal ħajja indipendenti. Hija sostniet li dan huwa kunċett li l-Gvern jemmen bis-sħiħ fih u li se jkun qiegħed jaħdem biex isostnih.

Min-naħa tiegħu Segretarju Parlamentari tkellem dwar l-importanza ta’ dawn il-faċilitajiet u assigura li l-Gvern jinsab impenjat biex ikompli jsaħħaħ u jiddiversifika s-servizzi li qegħdin jiġu offruti lill-persuni b’diżabbiltà.

Matul din iż-żjara kien espress it-tħassib ta’ bosta familji bi tfal bi bżonnijiet speċjali la darba jagħlqu s-16-il sena u jispiċċaw mill-iskola.

L-Onor. Mercieca qal li teżisti lakuna li qatt ma giet indirizzata b’mod xieraq, u għalhekk jeħtieġ li jkollna l-infrastruttura neċessarja biex dak li jkun inkiseb matul is-snin ma jintilfx la darba t-tfal jagħlqu s-16-il sena.

Dan it-tħassib kien espress ukoll matul iż-żjara separata li saret mis-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum Santa Marta fir-Rabat fejn kien spjegat li hemm faxxa ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali li ħerġin mill-iskejjel ‘main stream’ ta’ 16-il sena u ħadd ma jaf x’qed jiġri u jsir minnhom.

Matul din iż-żjara, l-Onor. Franco Mercieca ltaqa’ mal-persuni b’diżabbiltà kollha li jattendu f’dan iċ-Ċentru fejn jiġu offruti bosta servizzi biex itejbu l-ħiliet tagħhom f’oqsma  bħal kompjuter, fuħħar u crafts.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow