IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’TAĦDIDIET MINISTERJALI F’RUMA MAL-MINISTRU ĠDID TALJAN GĦALL-AMBJENT ANDREA ORLANDO
Illum wara nofsinhar il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu taħdidiet bilaterali mal-Ministru l-ġdid Taljan għall-Ambjent Andrea Orlando.
Il-laqgħa, li hija l-ewwel waħda bejn il-Gvern Malti u l-Gvern ġdid Taljan, saret fil-Ministeru tiegħu f’Ruma.
Fost is-suġġetti diskussa fit-taħdidiet li kellhom il-Ministru Brincat u l-Ministru Orlando kien hemm il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fejn jidħol ħarsien tal-ambjent, tniġġiz tal-ajra bejn il-fruntieri u anke tniġġiż tal-baħar.
Huma qablu li jsaħħu din il-koperazzjoni kemm fil-kuntest tar-relazzjonijiet bilaterali sodi li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll fi ħdan il-qafas tal-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Leo Brincat ippropona ukoll laqgħat bilaterali strutturati fuq livell tekniku, bejn esperti miż-żewġ pajjiżi, biex jiġu diskussa t-tniġġiz tal-arja, dak tal-baħar u s-saħħa ambjentali . Proposta li ġiet milqugħa mill-Ministru Taljan Andrea Orlando.
Waqt li kien Ruma l-Ministru Brincat laqgħa stedina li waslitlu minn Wolfgang Neumann, fundatur tal-Energy Globe Foundation u attenda għaċ-ċerimonja tan-National Energy Globe Awards 2013, fejn l-eNGO Maltija Nature Trust ġiet ippremjata għall-ħidma tagħha fuq proġetti marbutin mal-iżvilupp sostenibbli.
Huwa mifhum li ta’ kull sena jkun hemm madwar 800 proġett li jikkompetu f’din il-kompetizzjoni, marbuta mall-aħjar prattiċi fis-settur.
Iċ-ċerimonja saret fl-Ambaxxata tal-Awstrija f’Ruma.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en