PRETTY LISA: FEJN IT-TEATRU JINGĦAQAD MAS-SOĊJAL
L-Erbgħa filgħaxija s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura Dr. José Herrera żar l-aħħar preparamenti ta’ Pretty Lisa, proġett teatrali innovattiv li fih il-kultura tiżżewweġ mas-soċjal.
Fil-konferenza, li kienet imexxija minn Michael Mangion, PR u Marketing Manager tat-Teatru Manoel, ħadu sehem ukoll Judith Debono li tmexxi Dar Qalb ta’ Ġesu li tgħin dawk il-vittmi tal-vjolenza domestika biex jerġaw jibnu l-ħajja tagħhom. Simone Spiteri, il-konsulent tad-drama tat-Teatru Manoel tkellmet kif beda u żvolġa l-proġett. Min-naħa tagħha d-direttriċi ta’ Pretty Lisa, Marcelle Teuma, spjegat lit-tir huwa li b’dan il-proġett inqanqlu iktar kuxjenza biex il-vuċi tagħhom tasal fil-beraħ għaliex huwa l-uniku mod ta’ kif dawn jistgħu jibdew joħorġu minn wara l-ħitan li jiġu maqfula fihom matul l-abbuż.
Dr. Herrera enfassizza l-importanza ta’ dan il-proġett bħala eżempju fejn il-kultura tagħti vuċi għall-kwistjonijiet soċjali u kif il-proġett teatrali, imtella’ mit-Teatru Manoel, qed jipprova jiftaħ tieqa sabiex minnha nibdew inwasslu ftit għarfien dwar dak li dawn il-vittmi jgħaddu minnu matul dawn l-esperjenzi qarsa ta’ ħajjithom.
Persuna minn kull erbgħa f’Malta, xi darba jew oħra f’ħajjitha, iġġarrab xi tip ta’ vjolenza domestika. Il-vjolenza domestika hija ksur tad-drittijiet umani. Tiġri f’kull klassi tas-soċjetà u mhix limitata għal grupp wieħed. Intervent professjonali jista’ jgħin biex jitwaqqaf iċ-ċiklu ta’ vjolenza. L-għan ta’ dan il-progett, qal José Herrera, huwa li jżid l-għarfien dwar din is-suġġett sensittiv b’mod teatrali.
Il-proġett kien maqsum f’żewġ fażijiet, bl-ewwel waħda tkun ta’ workshops ma’ vittmi fejn l-esperjenzi vera tagħhom ġew maqluba fi script għall-palk. It-tieni fażi hija d-dramm li ġie maħdum għall-palk minn attriċi Maltin b’direzzjoni ta’ Marcelle Teuma.
Il-konferenza spiċċat bit-tlett attriċi, li jieħdu sehem f’Pretty Lisa, Sharon Bezzina, Magda Van Kuilenburg u Daniela Vassallo jinterpretaw parti mid-dramm.
Pretty Lisa ser tittella’ nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju 2013 fit-8pm u d-dħul tal-biljetti huwa kollu b’risq id-Dar Qalb ta’ Ġesu, St. Venera.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en