Left arrow Mur Lura

MALTA KBURIJA BIT-TIM NAZZJONALI TAL-FOOTBALL TAN-NISA

pr0986
Date Icon 15/05/2013

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ lit-tim nazzjonali Malti tal-football tan-nisa li ftit tal-ġimgħat ilu kiteb l-istorja meta spiċċa fl-ewwel post tal-grupp tiegħu u kkwalifika għall-fażi li jmiss tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa organizzata mill-FIFA li se ssir fl-2015.

Id-diriġenti, players u kowċis tkellmu mal-Prim Ministru dwar l-impenji tagħhom f’isem pajjiżna u kif, minkejja li l-football femminili f’Malta ilu biss għaxar snin jintlagħab fuq livell ta’ nazzjonal, diġa sar progress qawwi u, illum il-ġurnata, dan l-isport qed jiġi mgħallem lill-bniet sa minn età zgħira.

Wara li tlaqqa’ mal-kontiġent mill-kowċ nazzjonali Pierre Brincat u l-captain tat-team Rebecca D’Agostino, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta hija kburija bir-rizultati impressjonanti li qed jikseb it-tim nazzjonali tan-nisa, fi sport li tradizzjonalment huwa aktar assoċjat mal-irġiel.

Filwaqt li ħeġġiġhom li jkomplu jagħtu l-aħjar tagħhom għal pajjiżna, il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jsegwi aktar mill-viċin lil dan it-team u jinsab kommess li jagħti kull appoġġ biex il-players ikomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom bl-aktar mod professjonali.

Minn naħa tiegħu, il-Viċi President tal-Malta Football Association Ludovico Micallef rringrazzja lill-Prim Ministru talli sab il-ħin jilqa’ lit-tim nazzjonali Malti tal-football tan-nisa li fl-aħħar ġimgħat kiseb suċċess li bħalu qatt ma kien sar qabel. Qal li dan it-tim qed jimpenja ruħu biex, mhux biss jikkompeti, imma jagħti l-aqwa prestazzjonijiet possibli u jakkwista l-aqwa riżultati possibli kontra oppożizzjonijiet qawwija li ilhom fix-xena ferm iktar minn Malta.

Fi tmiem l-attività l-Prim Ministru kien ippreżentat b’ritratt kommemorattiv tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa filwaqt li ż-żewġt ibniet tal-Prim Ministru ngħataw żewġ flokkijiet tat-tim nazzjonali, bl-ismijiet fuqhom.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Ministru Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow