IMĦABBRA L-BORDIJIET TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTI U L-KULTURA, L-ORKESTRA NAZZJONALI U HERITAGE MALTA
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u Kunsilli Lokali l-Onor. José Herrera ħatar il-bord il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura (MCCA). Dan il-bord ser ikun qed jitmexxa minn Albert Marshall bħala chairperson u Dr. Paul Cachia bħala deputat chair person. Il-bqija tal-bord il-ħdid tal-MCCA ser ikun kompost mis-sinjuri Nicholas Depiro, Dominic Galea, Caroline Tonna, Frederick Testa, Jackie Scott u Joe Micallef.
Is-Segretarju Parlamentari ħatar ukoll il-bord il-ġdid tal-Orkestra Nazzjonali li ser ikun qed jitmexxa minn Sigmond Mifsud assistit mill-membri Ruth Vella Micallef, Mark Attard Montalto, Paul Abela, Maria Frendo u Alexei Galea Cavalazzi.
Is-Segretarju Parlamentari ħatar ukoll il-bord il-ġdid ta’ Heritage Malta li ser jitmexxa minn Joe Buttigieg assistit mill-membri tal-Bord Prof. Joanne Cassar, Tony Degiovanni, Dr. Peter Muscat, Dr. Gerald Montanaro Gauci, Prof. Anthony Zammit u Andrea Bartolo bħala segretarja.
Is-Segretarju Parlamentari awgura lill-membri ta' dawn it-tlett bordijiet kull suċċess fil-ħidma tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en