REBĦA KBIRA GĦAS-SAJJIED MALTI U GĦAS-SOSTENIBBILTÀ TAS-SAJD FIL-MEDITERRAN
Il-Gvern Malti kiseb riżultat importanti ħafna għas-sajjied Malti u għas-sostenibbiltà tas-sajd fil-Mediterran meta ddaħħal artiklu fit-test finali tar-riforma Politika Komuni tas-Sajd maqbul waqt il-Kunsill tal-Agrikoltura u Sajd fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa 15 ta’ Mejju.
Wara insistenza kbira min-naħa ta’ Malta permezz tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes, iddaħħal fit-test artiklu li għandu jwassal biex fis-snin li ġejjin itemm snin twal ta’ inċertezza u diskriminazzjoni kontra s-sajjied Malti. F’dan ir-rigward it-test il-ġdid jistipula b'mod ċar li sajjieda tal-Unjoni Ewropeja ma jistgħux jiġu diskriminati f'kuntest ta’ nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-istess miżuri minn pajjiżi terzi.
Ir-realtà geo-politika tal-Mediterran titlob li kwalunkwe sforz ta’ konservazzjoni jsir mill-pajjiżi kollha involuti - anke dawk li mhumiex Membri tal-Unjoni Ewropeja. Din ir-realtà issa tinsab inkluża b'mod ċar fit-test tal-Kunsill. B’hekk ser ikun possibbli li tinkiseb sostenibbiltà għola peress li ser ikun hemm sforzi konkreti għall-miżuri ta’ mmaniġjar konġunti.
Malta tħares ‘il quddiem lejn Mediterran iktar sostenibbli bi stokkijiet ta’ ħut b'saħħithom li jiggarantixxu qliegħ ekonomiku attraenti għas-settur tas-sajd.
L-Onorevoli Roderick Galdes esprima s-sodisfazzjon li l-Kunsill irrikonoxxa r-rwol fundamentali tal-pajjiżi terzi u l-bżonn li fil-Mediterran jinġibed ħabel wieħed ma’ sħabna l-ġirien li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes iddeskriva din il-kisba bħala rebħa kbira għas-sajjied Malti u għas-sostenibbiltà tas-sajd fil-Mediterran.
Wara il-qbil tal-Kunsill issa jmiss li l-Parlament Ewropew li japprova dan it-test.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en