IL-PRIĠUNIERI JAGĦTU TABLET LILL-TIFEL MARID BIL-KANĊER
Priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ippreżentaw tablet lil Damien Ebejer, tifel li bħalissa qed jiġġieled kontra l-marda tal-kanċer. It-tablet inxtara permezz ta’ donazzjoni ta’ mhux aktar minn euro minn kull priġunier. Ikkontribwixxew għal din id-donazzjoni, tlett mija u tmenin priġunier kif ukoll uffiċjali li jahdmu l-habs.
Id-donazzjoni saret illum wara quddiesa fil-kappella tal-Faċilita’ Korretiva Ta’ Kordin li saret fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.
Waqt din l-attivita’ ngħatat ukoll somma ta’elfejn euro li nġabret mill-istaff tal-ħabs u ngħatat lill- NGO Rice li mistennija titnieda fil-jiem li ġejjin u li għandha l-għan li tirrijabilità lill-prigunieri.
Għal din l-attività attenda l-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Emmanuel Mallia li qal li l-ligi ma tagħtihx il-poter biex joħroġ lill-priġuniera mill-ħabs iżda tagħtih l-obbligu biex jassigura li kull priġunier jgħix ħajja dinjituza. Il-Ministru Mallia spjega li peress li għandu warajh snin ta’ eseprjenza fil-qasam professjonali viċin nies li kienu affaċjati b’reati kriminali, jista’ jifhem perfettament is-sofferenza li jkunu għaddejja minnha l-priġunieri u qraba tagħhom. Għalhekk issa li għandu din l-opporutnità li jsarraf din l-esperjenza, qabbad kummisjoni sabiex tara kif jista’ ikun hemm unit professjonali li jkollha investiment mill-aqwa bl-għan li tkun iffukata fuq it-taħrig u l-edukazzjoni tal-priġuniera.
Il-Ministeru Mallia rringrazzja lill-priguniera f’isem is-soċjetà għall-ġest nobbli li ġej mill-ftit li setgħu jagħtu l-priġunieri, iżda ġej mill-qalb. Il-Ministru f’isem il-Ministeru tal-Intern ippreżenta ukoll donazzjoni lil Damien. Waqt l-attività, il-priġunieri irringrazzjaw lill-Aġent Direttur Manuel Camilleri, lil Father Franco Fenech li ċċelebra l-quddiesa u ser imexxi lill-NGO RICE, kif ukoll lil Sister Adela li ilha taħdem il-ħabs għal dawn l-aħħar tnejn u għoxrin sena.
Wara l-attività raprezentati tal-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’ żaru c-ċellel tal-ħabs.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en