DSATAX-IL SOTTOMISSJONI HUMA XHIEDA TAL-INTERESS QAWWI LI JEŻISTI FIL-PROĠETT IL-ĠDID GĦALL-ENERĠIJA
B’kollox tressqu 19-il sottomissjoni għall-Espressjoni ta’ Interess Internazzjonali għall-Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement tal-Enemalta.
Il-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi qal li jinsab sodisfatt ħafna bl-ammont kbir ta’ nteress li din is-sejħa internazzjonali ġibdet. “Id-dokument kien professjonali ħafna u għalhekk li rnexxilna nattiraw dan l-interess minn kumpaniji rinomati fil-qasam internazzjonali. Dan l-interess juri wkoll il-fiduċja ta’ kumpaniji internazzjonali fil-proġett propost u huwa xhieda tal-fatt li se naħdmu b’serjeta fuq dan il-proġett fattibbli,” sostna l-Ministru Mizzi.
Fil-preżenza ta’ nutar pubbliku infetħu s-sottomissjonijiet kollha fl-uffiċċju ewlieni tal-Enemalta fil-Marsa. Kull sottomissjoni ġiet innumerata u ġie segwit il-proċess normali tal-ftuħ tas-sottomissjonijiet. Dan il-proċess kollu sar fil-preżenza tal-pubbliku li attenda ghal ftuħ tas-sottomissjonijiet.
La darba nfetħu s-sottomissjonijiet mitfugħa issa jibda l-proċess ta’ evalwazzjoni. Sal-10 ta’ Ġunju għandhom isiru magħrufa l-entitajiet shortlisted li mbagħad jintalbu jagħtu proposti aktar dettaljati. Il-kuntrattur li jirbaħ din is-sejħa għandu jkun magħruf sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.
L-egħluq tal-espressjoni ta’ nteress għall-Long Term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement huwa l-ewwel pass li għandu jwassal għat-twettiq tal-mandat elettorali ta’ Gvern Laburista li jraħħas il-kontijiet tad-dawl b’25% u l-kontijiet tal-ilma b’5%. Dan apparti li l-impjant il-ġdid se joffri kwalita ta’ arja aktar nadifa ghall-poplu Malti u Għawdxi kollu partikolarment ir-residenti tal-inħawi.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en