KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IS-SEHEM TAL-ANNIMALI FIĊ-ĊIRKLU
Minn żmien għal żmien f’Malta jiġu diversi kumpaniji barranin diversi drabi sabiex għall-perjodu ta’ ġimgħat jagħtu wirjiet taċ-ċirklu. Dawn ikollhom numru ta’ annimali magħhom sabiex jagħtu wirjiet bihom.
F’kull okkażjoni, numru ta’ persuni u għaqdiet iħossu li jridu jipprotestaw kontra dawn il-wirjiet għaliex fil-fehma tagħhom tkun qed issir moħqrija fuq l-annimali.
Għal dan il-għan is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, l-Onor. Roderick Galdes, fil-jiem li ġejjin ser ikun qed iniedi numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ għaqdiet, individwi, NGO’s u dawk kollha interessati li jaħdmu b’risq il-ħarsien tal-annimali sabiex jiġi diskuss dan is-suġġett.
L-idea prinċipali hija li ‘l quddiem ikun hemm white paper li toħloq diskussjoni sabiex jiġi regolat aħjar dan il-qasam li finalment twassal għal deċiżjoni dwar jekk pajjiżna għandux iħalli l-użu tal-annimali fiċ-ċirkli jew le.
Dan huwa Gvern li jisma' u jikkonsulta biex finalment jittieħdu l-aqwa deċiżjonijiet fl-interess ta' dawk kollha involuti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en