Left arrow Mur Lura

IL-POPLU JRID IKOLLU AKTAR GĦARFIEN BIEX IKUN JISTA’ JIBBENIFIKA MILL-OPPORTUNITAJIET TAĊ-ĊITTADINANZA EWROPEA

pr0946
Date Icon 09/05/2013

Waqt dibattitu għall-istudenti fil-livell sekondarju fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli qalet li n-nuqqas ta’ għarfien dwar id-drittijiet, l-opportunitajiet, kif ukoll l-obbligi li ġġib magħha ċ-ċittadinanza Ewropea, jwassal biex iċ-ċittadini ma jħossuhomx parti integrali mill-Unjoni Ewropea, u ma jħossux li l-UE qiegħda verament tirrappreżentahom.  B’riżultat ta’ dan, il-poplu tagħna ma jisfruttax biżżejjed l-opportunitajiet li għandu quddiemu. 

Il-Ministru Dalli, li għandha r-responsabbilta` tal-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC), qalet li matul din is-sena l-MEUSAC se jkun qed jorganizza diversi attivitajiet ta’ informazzjoni lill-pubbliku dwar l-opportunitajiet taċ-ċittadinanza Ewropea.  Madankollu Dr Dalli saħqet fuq il-ħtieġa li strutturi bħall-MEUSAC jissaħħu biex dawn ikunu verament effettivi fid-disseminazzjoni tal-komunikazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini.

Dr Dalli tkellmet ukoll dwar l-importanza li l-pubbliku juri interess akbar fid-diskussjoni li tkun għaddejja dwar materji li jolqtu lilu fil-ħajja ta’ kuljum.  Il-Ministru Dalli ħeġġet lill-istudenti preżenti biex jieħdu sehem attiv fid-dibattiti u fl-attivitajiet li jkunu organizzati.  Hi qalet li huwa ta’ importanza kbira li s-soċjeta` ċivili jkollha sehem attiv biex pajjiżna jisfrutta l-opportunitajiet kollha tas-sħubija fl-UE.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow