L-ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITA` U TKABBIR EKONOMIKU JŻUR L-UFFIĊINI TAL-MITA
Illum l-Onor. Edward Zammit Lewis għamel l-ewwel visita uffiċjali ġewwa l-MITA. Is-Segretarju Parliamentari ħa l-opportunita` sabiex jirringrazzja l-ħaddiema u l-management tax-xogħol kollu li qed jagħmlu.
L-Onor. Zammit Lewis faħħar is-servizz li l-MITA tat lill-Amministrazzjoni l-Ġdida, u speċifikament id-dedikazzjoni li wrew in-nies tal-Call Centre u l-VIP Support biex jaqdu l-bżonnijiet tas-Segretarjati fl-anqas żmien possibli.
Is-Segretarju Parlamentari spjega, “Aħna rridu nibnu ekonomija moderna u b’saħħitha, li toħloq impjiegi ta’ kwalita’ u li minnha jgawdi kullħadd. Irridu noħolqu Ekonomija Diġitali li tkun waħda mill-pilastri ewlenin ta’ dak kollu li aħna nagħmlu u tkun bbażata fuq ħames temi prinċipali:
1. Iċ-Ċittadini: Aħna kommessi li nnaqqsu id-‘Digital Divide’, insaħħu d-‘Digital Literacy’ u nibnu Soċjeta’ Diġitali fejn kulħadd iħossu nvolut u ħadd ma jibqa’ barra.
2. Is-Settur Privat u Negozji: Irridu nibnu qafas leġiżlattiv u regolatorju biex il-kumpaniji tagħna jiffaċċjaw inqas burokrazija, ikunu iktar innovattivi u jkunu jistgħu jikkompetu mal-aqwa tad-dinja. Irridu li s-sistema edukattiva tagħna tħajjar imprendituri ġodda, partikularment fil-qasam diġitali.
3. Is-Soċjeta’ Ċivili: Irridu nistabbilixxu soċjeta’ u demokrazija li jieħdu vantaġġ u valur mit-teknoloġija diġitali: li jkollna servizzi għal soċjeta’ aħjar, fosthom fil-qasam tas-saħħa u f’dak turistiku.
4. L-Amministrazzjoni Governattiva: Irridu li l-gvern, bħala attur ewlieni li jinfluwenza l-ekonomija, ikun iktar miftuħ għall-pubbliku, trasparenti u akkuntabli għal dak kollu li jagħmel.
5. Teknoloġija: Irridu nieħdu vantaġġ mill-iżvilupp fit-teknoloġija u l-qasam teknoloġiku, u mill-investiment li nagħmlu fit-teknoloġija. Permezz ta’ sħubija mal-privat irridu nibnu ċentri ta’ eċċellenza fl-ICT, li jagħmluna kburin.”
Is-Segretarju Parlamentari kompla billi semma diversi inizjattivi li l-Gvern il-Gdid irid ikompli isahhah u fejn hemm bżonn jibni mill-ġdid:
• F’dawn l-aħħar snin, Malta marret tajjeb ħafna fis-settur tal- eGovernment fl-Ewropa u dan il-livell irridu nżommuh. Imma għandna mmorru aħjar fir-rigward tal-indiċi globali, fejn fost l-oħrajn fl-‘eGovernment Development Index’ tan-Nazzjonijiet Uniti, Malta tinsab fil-35 post.
• Id-Data Centre il-ġdida tal-MITA hija tal-aqwa kwalita’, iżda rridu nsibu mod kif l-investiment sostanzjali ta’ €8M li diġa’ sar jintuża aħjar u b’mod li jirrendi l-aktar ghall-pajjiz.
• Irridu naraw li nieħdu l-benefiċċji kollha mill-eLearning platform, u l-interactive whiteboards, li hemm fl-iskejjel primarji u sekondarji. Dan billi nikkollaboraw mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Mpjiegi u niffaċilitaw l-iżvilupp ta’ kontenut adekwat u nwettqu l-mira li jingħataw Tablets b’xejn lill-istudenti tar-4 sena u lill-għalliema tagħhom.
• Irridu nsaħħu l-eSkills Alliance biex isservi ta’ ħolqa bejn l-industrija lokali tal-ICT, l-akkademja u l-Gvern.
• Nibnu qafas ġdid u aħjar li jaqdi l-bżonnijiet tal-lum, għal xiri jew kiri ta’ apparat elettroniku (Bhal PCs u Laptops) u servizzi relatati għal użu fil-gvern.
• Nieħdu deċiżjoni kif ser nimxu ‘l quddiem fuq il-proġett tal-karta tal-identita’ elettronika.
• Jinxtraw, jinbnew u jiġġeddu jew jissaħħu sistemi tal-informatika li huma kritiċi għall-operat tal-gvern, fosthom is-Sistema tal-Accounts tal-Gvern, tat-Taxxi, tal-Benfiċċji Soċjali u tas-Saħħa.
• Irridu ninvestu fin-nies tal-MITA, kif ukoll insaħħu l-Uffiċini tac-CIOs fil-Ministeri biex b’hekk dawn ikunu jistgħu jikkumplimentaw lilkom. B’hekk il-MITA tkun tista’ tiffoka aktar biex tħares ‘l quddiem, fuq dak li hu strateġiku, fil-qasam tal-governanza, u fuq sistemi u servizzi ta’ natura ‘corporate’ u li huma kritiċi għall-operat tal-gvern.
L-Onor Zammit Lewis temm id-diskors tieghu billi spjega li dan kollu jista’ jseħħ b’direzzjoni ċara u permezz ta’ qafas ta’ Strateġija Nazzjonali għall-Ekonomija Diġitali li jħares ‘il quddiem, ikkumplimentat bi strateġiji u pjanijiet oħra vertikali u orizzontali fejn hemm bżonn. F’dan ir-rigward is-Segretarju Parlamentari ikkummissjona lill-MITA biex flimkien ma’ entitajiet oħra tibda tfassal dan il-qafas strateġiku għall-Ekonomija Diġitali. Edward Zammit Lewis ghalaq billi ferah lill-Executive Chairman u l-Bord mahtur minnu l-hidma t-tajba f'risq il-pajjiz.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en