Left arrow Go Back

L-ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITA` U TKABBIR EKONOMIKU JŻUR L-UFFIĊINI TAL-MITA

pr0945
Date Icon 09/05/2013

Illum l-Onor. Edward Zammit Lewis għamel l-ewwel visita uffiċjali ġewwa l-MITA.  Is-Segretarju Parliamentari ħa l-opportunita` sabiex jirringrazzja l-ħaddiema u l-management tax-xogħol kollu li qed jagħmlu. 

L-Onor. Zammit Lewis faħħar is-servizz li l-MITA tat lill-Amministrazzjoni l-Ġdida, u speċifikament id-dedikazzjoni li wrew in-nies tal-Call Centre u l-VIP Support biex jaqdu l-bżonnijiet tas-Segretarjati fl-anqas żmien possibli. 

Is-Segretarju Parlamentari spjega, “Aħna rridu nibnu ekonomija moderna u b’saħħitha, li toħloq impjiegi ta’ kwalita’ u li minnha jgawdi kullħadd.  Irridu noħolqu Ekonomija Diġitali li tkun waħda mill-pilastri ewlenin ta’ dak kollu li aħna nagħmlu u tkun bbażata fuq ħames temi prinċipali:

1. Iċ-Ċittadini: Aħna kommessi li nnaqqsu id-‘Digital Divide’, insaħħu d-‘Digital Literacy’ u nibnu Soċjeta’ Diġitali fejn kulħadd iħossu nvolut u ħadd ma jibqa’ barra.

2. Is-Settur Privat u Negozji: Irridu nibnu qafas leġiżlattiv u regolatorju biex il-kumpaniji tagħna jiffaċċjaw inqas burokrazija, ikunu iktar innovattivi u jkunu jistgħu jikkompetu mal-aqwa tad-dinja.  Irridu li s-sistema edukattiva tagħna tħajjar imprendituri ġodda, partikularment fil-qasam diġitali.

3. Is-Soċjeta’ Ċivili: Irridu nistabbilixxu soċjeta’ u demokrazija li jieħdu vantaġġ u valur mit-teknoloġija diġitali: li jkollna servizzi għal soċjeta’ aħjar, fosthom fil-qasam tas-saħħa u f’dak turistiku.

4. L-Amministrazzjoni Governattiva: Irridu li l-gvern, bħala attur ewlieni li jinfluwenza l-ekonomija, ikun iktar miftuħ għall-pubbliku, trasparenti u akkuntabli għal dak kollu li jagħmel.

5. Teknoloġija: Irridu nieħdu vantaġġ mill-iżvilupp fit-teknoloġija u l-qasam teknoloġiku, u mill-investiment li nagħmlu fit-teknoloġija.  Permezz ta’ sħubija mal-privat irridu nibnu ċentri ta’ eċċellenza fl-ICT, li jagħmluna kburin.”

Is-Segretarju Parlamentari kompla billi semma diversi inizjattivi li l-Gvern il-Gdid irid ikompli isahhah u fejn hemm bżonn jibni mill-ġdid:

• F’dawn l-aħħar snin, Malta marret tajjeb ħafna fis-settur tal- eGovernment fl-Ewropa u dan il-livell irridu nżommuh.  Imma għandna mmorru aħjar fir-rigward tal-indiċi globali, fejn fost l-oħrajn fl-‘eGovernment Development Index’ tan-Nazzjonijiet Uniti, Malta tinsab fil-35 post.

• Id-Data Centre il-ġdida tal-MITA hija tal-aqwa kwalita’, iżda rridu nsibu mod kif l-investiment sostanzjali ta’ €8M li diġa’ sar jintuża aħjar u b’mod li jirrendi l-aktar ghall-pajjiz.

• Irridu naraw li nieħdu l-benefiċċji kollha mill-eLearning platform, u l-interactive whiteboards, li hemm fl-iskejjel primarji u sekondarji.  Dan billi nikkollaboraw mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Mpjiegi u niffaċilitaw l-iżvilupp ta’  kontenut adekwat u nwettqu l-mira li jingħataw Tablets b’xejn lill-istudenti tar-4 sena u lill-għalliema tagħhom.

• Irridu nsaħħu l-eSkills Alliance biex isservi ta’ ħolqa bejn l-industrija lokali tal-ICT, l-akkademja u l-Gvern.

• Nibnu qafas ġdid u aħjar li jaqdi l-bżonnijiet tal-lum, għal xiri jew kiri ta’ apparat elettroniku (Bhal PCs u Laptops) u servizzi relatati għal użu fil-gvern.

• Nieħdu deċiżjoni kif ser nimxu ‘l quddiem fuq il-proġett tal-karta tal-identita’ elettronika.

• Jinxtraw, jinbnew u jiġġeddu jew jissaħħu sistemi tal-informatika li huma kritiċi għall-operat tal-gvern, fosthom is-Sistema tal-Accounts tal-Gvern, tat-Taxxi, tal-Benfiċċji Soċjali u tas-Saħħa.

• Irridu ninvestu fin-nies tal-MITA, kif ukoll insaħħu l-Uffiċini tac-CIOs fil-Ministeri biex b’hekk dawn ikunu jistgħu jikkumplimentaw lilkom.  B’hekk il-MITA tkun tista’ tiffoka aktar biex tħares ‘l quddiem, fuq dak li hu strateġiku, fil-qasam tal-governanza, u fuq sistemi u servizzi ta’ natura ‘corporate’ u li huma kritiċi għall-operat tal-gvern.

L-Onor Zammit Lewis temm id-diskors tieghu billi spjega li dan kollu jista’ jseħħ b’direzzjoni ċara u permezz ta’ qafas ta’ Strateġija Nazzjonali għall-Ekonomija Diġitali li jħares ‘il quddiem, ikkumplimentat bi strateġiji u pjanijiet oħra vertikali u orizzontali fejn hemm bżonn.  F’dan ir-rigward is-Segretarju Parlamentari ikkummissjona lill-MITA biex flimkien ma’ entitajiet oħra tibda tfassal dan il-qafas strateġiku għall-Ekonomija Diġitali. Edward Zammit Lewis ghalaq billi ferah lill-Executive Chairman u l-Bord mahtur minnu l-hidma t-tajba f'risq il-pajjiz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow