STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA
“L-ISTUPRU LI GĦADDEJ FUQ IS-SIĠAR JURI LI L-MEKKANIŻMU LI GĦANDNA ILLUM MHUWIEX JGĦATI R-RIŻULTAT MIXTIEQ, LI JIĠU MĦARSA S-SIĠAR” – IL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA
B’referenza għal rapporti li dehru fuq il-media tal-Partit Nazzjonalista l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima jgħid li jaf eżattament x’qed jiġri fejn jidħlu siġar.
Il-Ministeru jgħid li l-istupru li għaddej fuq is-siġar juri li l-mekkaniżmu li għandna illum mhuwiex jgħati r-riżultat mixtieq, li jiġu mħarsa s-siġar.
Din ma hijiex il-fehma tal-Ministeru biss imma tal-poplu Malti u Għawdxi li huwa mgħaddab għall-istat prekarju li jinsabu fih is-siġar f’pajjiżna.
Il-Ministeru jisgħobih li għad hawn min irid jgħamel ballun politiku minn fuq din il-kwistjoni, li tinsab f’qalb il-Maltin u l-Għawdxin.
Il-Ministeru jgħid li huwa fi dmir li jwettaq l-mandat elettorali li ngħata fuq is-siġar.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en