IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U L-GVERN LOKALI, DR. JOSÉ HERRERA JAĦTAR IL-BORD TAD-DIRETTURI TAT-TEATRU MANOEL
pr0942
09/05/2013
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali Dr José Herrera ħatar il-Bord tad-Diretturi tat-Teatru Manoel. Il-Bord tad-Diretturi huwa magħmul minn Dr Michael Grech bħala Chairman, Kenneth Zammit Tabona bħala d-Deputat Chairman u l-membri Mario Philip Azzopardi, Anita Alosio u Lino Farrugia. Kemm Dr Michael Grech u anke s-Sur Kenneth Zammit Tabona qed jiġu kkonfermati għaliex huma diġà kienu qed iservu fil-kariga.
L-Onor José Herrera feraħ liċ-Chairman u l-Membri tal-Bord tad-Diretturi għall-ħatra l-ġdida tagħhom u awguralhom għall-ħidma tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en