Left arrow Go Back

IL-KWISTJONI TAL-AŻIL U L-IMMIGRAZZJONI FUQ L-AGENDA TAL-LAQGĦA BEJN L-AMBAXXATUR OLANDIŻ U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. IAN BORG

pr0931
Date Icon 08/05/2013

Il-kwistjoni tal-ażil u l-immigrazzjoni  kienu fost is-suġġetti diskussi f’laqgħa bejn is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-EU 2017 u għall-Fondi Ewropej, Dr. Ian Borg u l-Ambaxxatur tal-Olanda għal Malta Ir. Robert J. Gabriëlse. Kemm Dr. Borg kif ukoll l-Ambaxxtur Gabrielse qablu li dawn huma kwistjonijiet li jinteressaw mill-qrib liż-żewg pajjiżi kif ukoll lill-pajjiżi oħra ewropej.

Din il-laqgħa hija waħda minn sensiela ta’ laqgħat illi s-Segretarju Parlamentari Dr. Ian Borg qed ikollu ma’ Ambaxxaturi ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja bi tħejjija għal-laqgħa tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja li se ssir Malta fl-ewwel sitt xhur tal-2017. L-Olanda ser ikollha l-Presidenza fl-ewwel sitt xhur tal-2016 u għalhekk tifforma parti minn dik li tissejjaħ it-Troika flimkien mas-Slovakkja.

Matul il-laqgħa ta’ dalgħodu ġew diskussi wkoll aspetti politiċi kif ukoll loġistici marbuta mal-Presidenza tal-Unjoni Ewropeja.  Dr. Borg informa lill-Ambaxxatur bit-temi li Malta bi ħsieba tindirizza matul il-Presidenza tagħha u li tħabbru mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għal Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali Louis Grech fil-laqgħa ta’ djalogu li saret nhar is-Sibt li għadda fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa. 

L-Onor. Ian Borg spjega kif lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar, se jkun qiegħed iżur l-Irlanda li bħalissa għandha f’idejha l-Presidenza biex jipparteċipa f’numru ta’ laqgħat interni dwar il-preparamenti meħtieġa qabel u waqt il-Presidenza. Min-naħa tiegħu l-Ambaxxatur Olandiż estenda l-għajnuna ta’ pajjiżu lil Malta bi tħejjija għal dan l-appuntament importanti u qal li qed iħares ‘il quddiem biex iż-żewg pajjiżi jaħdmu flimkien.

Intant, id-diskussjoni kompliet dwar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Olanda f’diversi oqsma, l-ħidma tal-Unjoni Ewropea f’dawn iż-żminijiet diffiċli għaż-żona Ewro u l-futur tal-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow