Left arrow Mur Lura

DISKUSSI R-RELAZZJONIJIET BILATERALI BEJN MALTA U IŻRAEL

pr0928
Date Icon 08/05/2013

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella kellu laqgħa ta’ kortesija  mal-Eċċellenza tiegħu  Oren David, Ambaxxatur t’ Iżrael għal Malta.

Waqt din il-laqgħa kienu diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll is-sitwazzjoni fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ fuq, u l-gwerra fis-Sirja.

Il-Ministru Vella spjega kif l-Unjoni Ewropea qiegħda tħares lejn dawn l-iżviluppi u liema mezzi ta’ għajnuna qiegħda toffri. Kienet diskussa wkoll il-kwistjoni Iżraeli – Palestinjana, u b’mod partikolari l-inizjattiva Għarbija għall-Paċi (Arab Peace Initiative) .

Fil-laqgħa kien miftiehem li jsiru laqgħat ta’ natura politika bejn iż-żewġ pajjiżi fuq bażi regolari kif ukoll il-possibilità ta’ żjarat mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mill-President tar-Repubblika George Abela f’Iżrael u fit-Territorju Okkupat fiż-żmien li ġej.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow