BŻONN TA’ KOPERAZZJONI BEJN MALTA U R-RENJU UNIT FIL-QASAM AMBJENTALI U FL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu laqgħa ta’ kortesija mal-Kummissarju Għoli Ingliż Robert Luke.
Il-Ministru Leo Brincat wera l-apprezzament tiegħu għall-koperazzjoni li diġà qed ikollu mill-qrib, fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ambjent tal-Unjoni Ewropea, mas-Segretarju tal-Istat Ingliż għat-Tibdil fil-Klima u Enerġija Ed Davey u li miegħu jiltaqa’ regolarment.
Il-Ministru Brincat wera x-xewqa tiegħu li l-istess kif hawn koperazzjoni sħiħa bejn iż-żewġ pajjiżi, li tmur lura s-snin, f’oqsma bħat-turiżmu, kummerċ u investiment, jixtieq jara li tisaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewg Gvernijiet f’oqsma ambjentali, tibdil fil-klima u mmaniġġjar tal-iskart.
Dan kollu sabiex tissaħħaħ dejjem aktar ir-relazzjoni bilaterali bejn iż-żewg pajjiżi, kif ukoll biex intejbu u ngħollu l-istandards f’pajjiżna stess b’riżultat ta’ din il-kollaborazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en