Left arrow Mur Lura

STUDJI PRELIMINARI MAGĦMULA AKTAR B’REQQA U KOORDINAMENT AĦJAR BEJN L-ENTITAJIET INVOLUTI JIFFAĊILITAW L-IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROĠETTI FFINANZJATI MINN FONDI EWROPEJ

pr0920
Date Icon 07/05/2013

Studji preliminari magħmula aktar b’reqqa u koordinament aħjar bejn l-entitajiet involuti jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Dan sostnieh is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej waqt żjara li għamel lis-sit immaniġġjat mill-Fondazzjoni Wirt Artna l-Madliena Tower f’Pembroke, li r-restawr tiegħu ġie ffinanzjat minn Fondi Ewropej.

L-Onor. Borg qal li wara l-ewwel jiem ta’ ħidma  ta’ dan is-Segretarjat il-ġdid, tinħass il-ħtiega li qabel ma’ proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej jibda jiġi implimentat, għandhom isiru studji preliminari aktar b’reqqa biex jantiċipaw xi problemi li jistgħu jinħolqu waqt l-implimentazzjoni ta’ xi proġett.

Eżempju ċar ta’ dan kollu sostna Dr. Borg  huwa l-proġett ta’ restawr tal-Madliena Tower li minħabba l-ħafna bidliet fil-metodu oriġinali tar-restawr kien meħtieġ li l-proġett jerġa’ jiġi sottomess lill-MEPA għall-approvazzjoni. Għalhekk studji preliminari magħmula aktar b’reqqa jevitaw sitwazzjonijiet bħal dawn biex b’hekk jiġi mnaqqas id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett.

L-Onor. Borg qal ukoll li hemm bżonn ta’ aktar koordinament bejn l-entitajiet involuti

fl-implimentazzjoni tal-proġett biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u mhux iżidu l-proċess burokratiku li jikkawża dewmien fit-twettiq ta’ diversi proġetti. Dr. Borg tenna li bħalissa għaddej b’diversi laqgħat bilaterali mal-Ministri biex jara kif dan il-koordinament jista’ jiġi aktar iffaċilitat, dan biex nassiguraw li l-proċess ta’ implimentazzjoni jkun aktar mexxej, ħalli l-ebda benefiċjarju ma jaqta’ qalbu u l-proġett jiġi mwettaq fiż-żmien pjanat.

Fl-aħħarnett is-Segretarju Parlamentari wera l-apprezzament tiegħu lejn il-Fondazzjoni Wirt Artna għax-xogħol li wettqet u qal li dan il-proġett żgur ser iwassal biex ikun hemm titjib fil-prodott turisitku ta’ dawn l-inħawi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow