IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCO MERCIECA F’LAQGĦA MAL-KUMMISSARJU GĦOLI INGLIŻ
Il-Kummissarju Għoli Ingliż Robert Luke illum wara nofsinhar għamel żjara ta’ kortesija lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva Dr Franco Mercieca fis-Segretarjat Parlamentari fil-Belt Valletta.
Fil-bidu tal-laqgħa, l-Onor. Mercieca spjega l-pjan tal-Gvern fl-oqsma tad-drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilità u l-Anzjanità Attiva u l-istrateġiji li qiegħed iħares lejhom il-Gvern biex titwettaq il-politika tiegħu fl-oqsma inkwistjoni.
Matul din il-laqgħa ż-żewġ naħat tkellmu wkoll dwar il-kollaborazzjoni li ilha għaddejja bejn iż-żewġ pajjiżi fejn min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Għoli Ingliż estenda l-għajnuna tiegħu biex jissaħħu s-sistemi tad-diżabbiltà u l-anzjani f’pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en