STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
Il-Ministeru għal Għawdex ġie pprovdut bil-fondi kollha għas-sussidji tal-istudenti nhar il-Ħamis li għadda (2 ta’ Mejju) u seta’ jibda jaħdem fuq il-pagamenti sa mill-Ġimgħa filgħodu. L-uffiċjal tad-Dipartiment ikkonċernat kompla jipproċessa l-pagamenti nhar is-Sibt u nhar it-Tnejn. Minħabba xi teknikalitajiet fit-Teżor li ma setgħux jiġu posposti, illum ma setax jitkompla l-ipproċessar tal-pagamenti. B’danakollu, il-pagamenti sejrin ikomplu jiġu pproċessati għada. Huwa mistenni li ċ-ċekkijiet kollha jiġu stampati sa nhar il-Ħamis 9 ta’ Mejju u impustati nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju jew l-iktar sa nhar it-Tnejn, 13 ta’ Mejju.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtieq iżid li fl-iskema tal-ischolarships ‘Master It’ m’hu se jonqos l-ebda sussidju jew allowance lill-applikanti Għawdxin. Ir-rappurtaġġ tal-lum fil-mezzi tax-xandir li xi sussidju jew allowance ta’ din l-iskema għal studenti Ghawdxin se titnaqqas huwa skorett. Is-sussidji u allowances kollha tal-livell ta’ Masters se jibqgħu l-istess filwaqt li l-fond għal din l-iskema se tiżdied b’minimu ta’ Eur 700,000.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en