Left arrow Mur Lura

QED NAGĦMLU ENFASI FUQ IL-ĦTIEĠA TA’ AKTAR NISA F’KARIGI MANIĠERJALI U F’KARIGI FEJN JITTIEĦDU D-DEĊIŻJONIJIET

pr0915
Date Icon 07/05/2013

“Il-kundizzjonijiet tax-xogħol huma direttament relatati mal-performance tal-ħaddiema fix-xogħol tagħhom. Hemm bżonn li nħarsu dawn il-kundizzjonijiet u ntejbuhom għall-benefiċċju kemm tal-ħaddiema, kif ukoll ta’ min iħaddem”. Dan qalitu l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, the Hon. Helena Dalli, meta dalgħodu kienet qed tindirizza konferenza organizzata mill-Malta Institute of Management (MIM) dwar ġenituri li għandhom rwoli maniġerjali.

Il-Ministru Dalli tkellmet dwar il-ħtieġa ta’ aktar nisa f’karigi maniġerjali, kif ukoll dwar l-importanza li pajjiżna ma jibqax fost l-aktar pajjiżi bl-anqas rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.  Dr. Dalli qalet li min iħaddem ikun jaqbillu li jieħu miżuri sabiex il-ġenituri li jaħdmu jkollhom il-faċilità li jagħmlu użu minn kundizzzjonijiet favur il-familja. Dawn il-miżuri jgħinu lin-nisa u l-irgiel isibu bilanċ tajjeb bejn ir-responsabbiltajiet tal-familja u dawk tax-xogħol. Il-Ministru Dalli qalet li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu japplikaw ukoll għal dawk il-persuni li għandhom gradi maniġerjali, u li normalment jaħdmu wara l-ħinijiet normali tal-uffiċċju.

Dr. Dalli qalet li waħda mill-ewwel deċiżjonijiet tagħha bħala Ministru kienet li toħroġ direttiva lis-Servizz u lis-Settur Pubbliku li għandha tiżgura aktar trasparenza meta persuna impjegata f’dawn is-setturi tapplika għal tele-work, ir-reduced hours, u l-flexi-time.  Hi qalet li f’dan il-qasam il-Gvern irid imexxi b’eżempju.

Il-Ministru Dalli semmiet ukoll l-importanza li l-kumpaniji jkollhom fis-seħħ politika ta’ proċedura f’każijiet ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol. Il-Ministru Dalli qalet li hi se tkompli taħdem sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara fis-suq tax-xogħol, inkluż f’karigi maniġerjali u f’karigi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, kif ukoll sabiex il-postijiet tax-xogħol tagħna jkunu verament iħaddnu l-ugwaljanza, id-diversità u l-opportunitajiet indaqs bħala valuri ċentrali tal-kumpanija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow