IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU F’LAQGĦA MAL-GRTU
Il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu laqgħa mal-uffiċjali tal-GRTU fejn fiha kienu diskussa diversi temi b’rabta mal-qasam turistiku u li jolqtu diretament lill-membri.
Il-President tal-GRTU Paul Abela nsista fuq il-bżonn li Malta kollha tgawdi mit-turiżmu fosthom fejn jidħlu inċentivi għas-sostenn tas-settur. Fost l-oħrajn semma’ kif flimkien mal-Kunsilli Lokali għandhom ikunu żviluppati aktar walking tours u brochures li juru l-attrazzjonijiet tal-lokalitajiet.
Fost l-oħrajn il-GRTU qajmet il-punt li m’għadhiex rappreżentata fil-Bord tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Dwar dan il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella qal li biex dan ikun possibli trid issir bidla fil-liġi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Il-Ministru Vella semma’ kif is-settur turistiku huwa wieħed dinamiku fejn illum il-ġurnata m’għadhomx biss in-numri li jagħmlu sena ta’ suċċess iżda hemm elementi aktar wiesa’ li jinkludu l-profitabilità u s-sodisfazzjon li jieħu t-turist.
Tkellem fuq il-mod li bih kien ristrutturat il-Ministeru biex issa qed jiġbor taħtu wkoll l-ITS, l-Air Malta u l-qasam tal-avjazzjoni, b’dan tal-aħħar se jkun qed ingħata spinta kbira bil-ħolqien ta’ awtorità dwar l-avjazzjoni flimkien ma’ politika f’dan is-settur imsejħa civil aviation policy.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en