Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU F’LAQGĦA MAL-GRTU

pr0914
Date Icon 07/05/2013

Il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu laqgħa mal-uffiċjali tal-GRTU fejn fiha kienu diskussa diversi temi b’rabta mal-qasam turistiku u li jolqtu diretament lill-membri.

Il-President tal-GRTU Paul Abela nsista fuq il-bżonn li Malta kollha tgawdi mit-turiżmu fosthom fejn jidħlu inċentivi għas-sostenn tas-settur. Fost l-oħrajn semma’ kif flimkien mal-Kunsilli Lokali għandhom ikunu żviluppati aktar walking tours u brochures li juru l-attrazzjonijiet tal-lokalitajiet.

Fost l-oħrajn il-GRTU qajmet il-punt li m’għadhiex rappreżentata fil-Bord tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Dwar dan il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella qal li biex dan ikun possibli trid issir bidla fil-liġi tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Il-Ministru Vella semma’ kif is-settur turistiku huwa wieħed dinamiku fejn illum il-ġurnata m’għadhomx biss in-numri li jagħmlu sena ta’ suċċess iżda hemm elementi aktar wiesa’ li jinkludu l-profitabilità u s-sodisfazzjon li jieħu t-turist.

Tkellem fuq il-mod li bih kien ristrutturat il-Ministeru biex issa qed jiġbor taħtu wkoll l-ITS, l-Air Malta u l-qasam tal-avjazzjoni, b’dan tal-aħħar se jkun qed ingħata spinta kbira bil-ħolqien ta’ awtorità dwar l-avjazzjoni flimkien ma’ politika  f’dan is-settur imsejħa civil aviation policy.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow