Left arrow Mur Lura

PREKAWZJONI DWAR IL-Q FEVER

pr0913
Date Icon 07/05/2013

Ftit tal-jiem ilu f’wieħed mill-irziezet Maltin kien hemm numru żgħir ta’ wild primatur f’uħud mill-mogħoż preżenti f’razzett. Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja fi ħdan id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti taħt is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali għamel l-investigazzjonijiet neċessarji u bagħat kampjuni barra f’laboratorji speċjalizzati għall-analizi u sadanittant waqqaf il-movimenti tal-annimali minn fuq dan ir-razzett.

Ir-riżultati li waslu f’dawn l-aħħar ġranet ikkonfermaw li dawn il-mogħoż għandhom marda kkawżata minn batterju magħruf bħala Coxiella burnetii li normalment tissejjaħ Q Fever.

Din il-marda tista’ taffettwa lin-nes. Fil-maġġoranza tal-każi tikkawża sintomi ħfief li jixbħu lill-influwenza. In-nies li għandom riskju huma dawk li jaħdmu jew għandhom kuntatt mal-annimali bħal produtturi jew raħħala, veterinarji, assistenti u dawk li jaħdmu l-biċċerija.  Dawn jistgħu jevitaw il-kontaminazzjoni minn dan il-batterju billi jagħmlu użu minn proċeduri iġeniċi sempliċi bħal pereżempju jilbsu l-ingwanti waqt ix-xogħol tagħhom.

Il-marda titieħed b’kuntatt dirett mal-bhima u l-likwidi ta’ waqt it-twelid tal-annimali infetti, iżda tista’ titmexxa wkoll mill-gdim tal-qurdien. Ir-riskju għall-konsumatur huwa baxx ħafna. Dan diment li jikkonsma prodotti tal-ħalib maħdumin minn ħalib ippasturizzat għaliex l-pastorizzazzjoni tiggarantixxi l-inattivazzjoni ta’ dan il-batterju. Il-laħam mhuwiex ta’ riskju għal min jikkunsmah. Dan ifisser li ma hemm l-ebda riskju għas-saħħa meta wieħed jiekol il-laħam.

Għalkemm din il-marda tista’ taffetwa l-annimali kollha, normalment huma n-nagħaġ, il-mogħoż, il-bovini u l-bhejjem li huma l-aktar effetti minnha u li jistgħu jkunu kawża tal-firxa tagħha. 

Sabiex inaqqas ir-riskju tal-firxa ta’ din il-marda id-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti qiegħed jiddikjara perjodu fejn mhux ser ikun hemm ċaqlieq ta’ nagħaġ, mogħoż u bovini bejn l-irziezet jew għal raġunijiet oħra sakemm dawn l-annimali ma jkunux sejrin għall-qatla fil-biċċerija.  F’dan il-perjodu fejn it-trasferimenti ta’ dawn il-bhejjem ser ikunu miżmuma, mhux permess li jkun hemm nagħaġ, mogħoż u bovini preżenti waqt fieri jew wirjiet tal-annimali.

F’dan il-perjodu id-Dipartiment ghar-Regolazzjoni Veterinarja u Saħħa tal-Pjanti ser jagħmel kampanja ta’ analiżi seroloġika diretta għal din il-marda fl-irziezet kollha biex issir magħrufa is-sitwazzjoni nazzjonali u biex ikun jista’ jikkontrolla din il-marda. 

Il-pubbliku ser ikun qed jinżamm infurmat b’kull żvilupp fir-rigward u li  m’għandux ikun hemm lok għall-allarm.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow