STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Gvern jissospendi l-iskema ġdida ta' parkeġġ f'Tas-Sliema
Il-Gvern qiegħed b’mod immedjat jissospendi l-iskema ta’ parkeġġ bil-ħin li ġiet introdotta unilateralment u mingħajr perjodu ta’ prova adegwata f’Tas-Sliema u li qed tikkawża problemi għal kull min jipparkja fil-lokalità.
Il-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura, is-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali u Trasport Malta se jkunu qegħdin jibdew diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Sadattant, beda xogħol dwar pjan komprensiv dwar il-parkeġġ fiż-żoni differenti tal-pajjiż.
Dan qed isir bħala parti mill-ħidma tal-Gvern biex jiffaċilita t-trasport, jgħin lir-residenti u l-komunità kummerċjali f’diversi nħawi f’Malta u Għawdex.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en