IMĦABBAR IL-BORD IL-ĠDID TAD-DIRETTURI TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT
pr0907
06/05/2013
Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport ħabbar kif se jkun magħmul il-bord il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport. Iċ-Chairperson se jkun Jonathan Barbara, li miegħu se jkollu bħala membri lil Dunstan Attard, Alfred Cachia, Christopher Cocker, Nicholai Gauci, Keith Bartolo u żewġ membri eletti.
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo qal li issa li l-bord inħatar, se jsib l-appoġġ kollu meħtieġ biex jaħdem bla heda favur it-tisħiħ tal-kultura sportiva f’pajjiżna.
Il-bord għandu mandat ta’ tliet snin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en