IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JISSOKTA BIŻ-ŻJARAT FL-ISKEJJEL
Il-President George Abela kompla biż-żjarat tiegħu fl-iskejjel hekk kif dalgħodu żar St. Cecilia’s Kindergarten f’Ħ’Attard, skola privata u l-Kindergarten ta’ St. Francis, fis-Siġġiewi li din tal-aħħar hija mmexxija mis-Sorijiet Franġiskani.
Din kienet okkażjoni oħra għall-President Abela sabiex jiltaqa’ mal-istudenti ċkejknin, jqatta’ ftit ħin magħhom u jara t-tagħlim siewi li qegħdin jirċievu b’tant dedikazzjoni anke f’din il-fażi tenera ta’ ħajjithom. Il-President esprima l-pjaċir tiegħu jiltaqa’ ma’ dawn it-tfal li tawh merħba mill-iktar sabiħa u anke mal-għalliema u l-ġenituri li kienu preżenti.
Ma setax jonqos li l-President George Abela jistieden lit-tfal sabiex iżuru l-Palazzi tal-President u l-Kitchen Garden, kif ukoll biex jattendu l-attività ta’ Jum l-Omm li ser issir nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej bit-tema – “Mela darba….fil-Kastell”.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en