Left arrow Mur Lura

STRUTTURI ĠODDA LI JGĦINU LILL-BENEFFIĊJARJI FIT-TWETTIQ TA’ PROĠETTI LI JKUNU ĠEW IFFINANZJATI MILL-FONDI EWROPEJ

pr0904
Date Icon 06/05/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej sostna li fl-ewwel jiem tiegħu f’din il-kariga jinħass il-bżonn ta’ strutturi li jgħinu lid-Dipartimenti tal-Gvern, Għaqdiet Non-Governattivi u l-industrija privata li permezz tagħhom jiġu ggwidati fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Dan sostnih waqt żjara li huwa għamel dalgħodu fil-fabbrika tal-Construct Furniture.

L-Onor. Borg qal li l-ewwel xahrejn ta’ Gvern ġdid għallmuna x’kienu n-nuqqasijiet li permezz tagħhom, benefiċarji varji kellhom problemi fil-proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej u li setgħu jwasslu biex ċertu fondi għal pajjżna jintilfu.  Nemmnu li l-benefiċjarju għandu jkollu l-għajnuna kollha biex iwettaq il-proġetti tiegħu b’suċċess u dan il-Gvern ġdid jinsab iddeterminat biex dan isir.

Dr. Borg qal li proġetti għall-intraprizi jiġu minn skemi li tkun applikat għalihom il-Malta Enterprise, però jidher ċar li la l-Malta Enterprise u lanqas il-PPCD ma huma attrezzati biżżejjed biex jagħtu  l-għajnuna neċċesarja lill-intraprizi konċernati fl-implimentazzjoni tal-progetti.  Iż-żewġ entitajiet jagħmlu l-almu kollu tagħhom fl-istadju ta’ l-applikazzjoni però, wara li l-proġett ikun approvat, il-benefiċarju jsib li jrid jaqdef waħdu f’baħar ta’ burokrazija u regolamentazzjoni.

Fl-ewwel ġranet minn meta beda jopera s-Segretarjat Parlementari responsabbli mill-Fondi Ewropej, Dr. Borg qal li ltaqa’ ma diversi każi fejn kumpaniji żgħar u oħrajn ikbar kienu f’riskju li jitilfu l-fondi Ewropej fuq diversi proġetti minħabba li qatt ma kienu ggwidati dwar ir-regolamenti Ewropej.  Kieku ma kienx għall-intervent dirett mis-Segretarjat li hu qiegħed immexxi dawn il-fondi setgħu jintiflu.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li eżempju ta’ dan kollu huma ż-żewg proġetti li l-Construct Furniture bbenefikat minnhom: l-International Competitiveness Grant Scheme u l-Innovation Actions Grant Scheme. Din il-kumpanija ħabtet wiċċha ma’ diffikultajiet waqt l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti u kellha taqdef waħidha biex jiġu solvuti. Huwa qal li bi pjaċir illum jista’ jikkonferma li l-maġġoranza tal-fondi li applikat għalihom din il-kumpanija, issa huma salvati. 

Fl-aħħarnett Dr. Borg tenna li is-Segretarjat tiegħu se jkompli jagħmel l-almu tiegħu ħalli din l-għajnuna meħtiġa fil-futur tkun in-norma u mhux l-eċċezzjoni biex b’hekk nassiguraw li nassistu lil kull min ikun qiegħed jaffaċja xi problemi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow