IL-KUNĊETT TAL-ANZJANITA` ATTIVA MHUX BISS GĦANDU JIĠI MĦEĠĠEĠ IŻDA PRATTIKAT
Waqt il-ftuħ tal-programm internazzjonali bit-titlu ‘Health Promotion, Quality of Life and Well-Being’ organizzat mill-International Institute of Ageing, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-kunċett tal-anzjanita’ attiva mhux biss għandu jiġi mħeġġeġ izda prattikat.
Qalet li l-politika dwar l-anzjani hija fuq nett tal-aġenda tal-Gvern għaliex l-anzjani jixirqilhom li jibqgħu mhux biss attivi iżda parteċipi fis-soċjeta’ Maltija.
Tkellmet dwar il-population ageing u qalet li aktar minn qatt qabel jeħtieg li nassiguraw kwalita` ta` ħajja tajba għall-anzjani għaliex huwa iktar importanti kif tgħix milli kemm tgħix.
Dan billi jiġu offruti community services tal-ogħla kwalita’ kemm fir-residenzi tagħhom kif ukoll fiċ-Ċentri ta’ matul il-jum.
F’każ li dan ma jkunx jista` jsir u jiġu trasferiti fi djar tal-anzjani, spjegat l-Onorevoli Coleiro Preca, hemm bżonn li nassiguraw li l-anzjani kollha jibqgħu attivi, bil-għan li s-soċjeta’ tagħna tkun waħda verament age-friendly.
Trid tinbidel il-kultura tal-poplu li l-anzjani jingħataw il-ġenb meta jilħqu ċertu eta`.
Xi ħaġa li ġġiegħlhom tħosshom iktar inutli u inadekwati.
Irridu nkunu aħna l-politiċi li nassiguraw il-vizibilita’ u l-vuci tal-anzjani fis-soċjeta’, qalet il-Ministru Coleiro Preca, u dan il-Gvern huwa kommess li jagħmel dan.
L-Onorevoli Coleiro Preca temmet tgħid li minkejja li hemm ħafna xogħol xi jsir, b’determinazzjoni u ħila nistgħu nagħmlu d-differenza u b’hekk l-anzjani tagħna jkunu verament qed jgħixu f’soċjeta` ġusta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en