Left arrow Mur Lura

“LE GĦALL-ISTUPRU TAS-SIĠAR” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT IĦABBAR INIZJATTIVI GĦALL-ĦARSIEN TAS-SIĠAR

pr0900
Date Icon 06/05/2013

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-ħidma li qed issir mill-Ministeru biex jiġu mħarsa s-siġar u jiġi indirizzat l-iżbir ħażin u bla kontrol li qed ikun hawn.

Messaġġ ewlieni u sempliċi li għadda l-Ministru Leo Brincat huwa Le għall-istupru tas-siġar.

Il-Ministru Brincat ħabbar li ġimgħat ilu huwa waqqaf ad hoc working group bla ħlas, li l-iskop tiegħu huwa li dan jagħmel suġġerimenti prattiċi lill-Gvern dwar kif jista’ jitwaqqaf l-istupru tas-siġar li jinsab għaddej bħalissa. L-ad hoc working group huwa kompost minn Alfred E. Baldacchino,  Charles F. Grech, Steve Borg, Anna Spiteri u Pamela Hansen.

Il-Ministru spjega li dan il-grupp diġà ltaqa’ diversi drabi u għamel ħafna ħidma fejjieda, filwaqt li ser jintensifika xogħlu fil-ġimgħat li ġejjin. Ta’ dan huwa rringrazzjahom.

Il-Ministru Leo Brincat kompla jgħid li l-Avviż Legali Numru 12 tas-sena 2001 kien iddgħajjef, bit-tneħħija ta’ provvediment li jħares is-siġar f’postijiet urbani. Qal li huwa filwaqt li m’għandu ebda ħsieb li jxekkel ħidmiet ekonomiċi fil-pajjiż, lanqas huwa lest li jħalli lil min jagħmel qliegħ illeċitu, bi prattiċi li jmorru kontra l-ħarsien tas-siġar.

Qal li hemm urġenza li titfassal struttura li twassal għal pjan t’azzjoni fuq skala nazzjonali għall-masġarija, kif ukoll bżonn ta’ pjan t’azzjoni li jidentifika l-poteri ta’ regolatur effettiv tal-masġarija u l-prattika tal-operaturi.

Biex dan iseħħ qal il-Ministru Brincat, hemm bżonn li tissaħħaħ il-bażi legali u li tkun tħares lejn tliet aspetti, dak ekoloġiku, dak soċjali u dak finanzjarju, kif ukoll oqsma amministrattivi, legali u edukattivi.

Tul il-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Leo Brincat qal li huwa jrid jiżgura li l-Parks Division, li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu, jżżomm osservanza sħiħa u stretta ma’ dawn il-prinċipji l-ħin kollu.

Qal li mhux aċċettabli l-mod kif ċertu operaturi, nies fil-qasam tal-landscaping u anke xi Kunsilli Lokali kienu qed jittrattaw is-siġar. Dan ħafna drabi kien anke qed iwassal għall-qerda ta’ pjanti indiġeni.

Sostna li għalkemm l-iżbir ħażin u bla kontroll ta’ siġar ser jiġi regolat b’avviż legali, huwa jawgura li sakemm jgħaddi dan l-avviż legali l-partijiet kollha involuti jimxu bis-sens komun u bir-rispett għas-siġar f’pajjiżna.

Il-Ministru Leo Brincat ħabbar li aktar ’il quddiem qabel joħroġ l-avviż legali, l-ad hoc group ser ikun qiegħed jappella għal suġġerimenti mill-pubbliku dwar dan il-qasam. Fl-istess waqt il-Ministeru għandu l-ħsieb li jorganizza seminar dwar il-ħarsien tas-siġar, li għalih ser ikun mistieden il-pubbliku flimkien mal-istakeholders kollha, inklużi operaturi ekonomiċi u Kunsilli Lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow