Left arrow Go Back

ID-DEPUTAT PRIM MINISTRU LOUIS GRECH JIPPROPONI OQSMA TA' PRIJORITA' GHALL-PRESIDENZA 2017

pr0895
Date Icon 04/05/2013

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech sostna li fost l-prijoritajiet li wieħed għandu jikkunsidra għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017 hemm l-importanza liċ-ċittadini, l-ġlieda kontra l-faqar, r-rikupru ekonomiku, l-immigrazzjoni irregolari u l-Mediterran.

Huwa qal dan fid-diskors tiegħu illi għalaq id-djalogu pubbliku orgnizzat mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru , l-Ministeru ta’ Konsultazzjoni Pubblika u l-MUESAC fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa u li kien intitolat “Ċittadini Maltin,  Ċittadini Ewropej” .

Fl-istess diskors tħabbar wkoll li fi ftit gimgħat oħra ser  jitniedhu tibdiliet fid-Dipartiment tal-Kuntratti u fil-MEPA bil-għan li titneħħa ċertu burokrazija żejda li qed ixxekkel l-proċess ta’ assorbiment ta’ Fondi Ewropej. 

Fid-diskors tiegħu , li kien iffukat fuq il-bżonn liċ-ċittadini jerġgħu jitpoġġew fiċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea, d-Deputat Prim Ministru qal li l-Presidenza Maltija fl-2017 trid tkun eżempju ta’ dan u trid tkun waħda li tħalli effett tanġibbli.

“Il-Presidenza tagħna trid tagħmel sens, għandna l-opportunita’ li inpoġġu liċ-ċittadini fiċ-ċentru għaliex bħala pajjiż żgħir nistgħu nitkellmu dwar dan bi kreddibilita’, u dak li ser nkunu qiegħdin nagħmlu” sostna is-Sur Grech . 

Huwa spjega kif fl-esperjenza tiegħu fil-ħidma Ewropea ħareġ  kif iċ-ċittadini ma jafux x’inhuma d-drittijiet tagħhom u jħossu li l-Unjoni Ewropea ma tifimhomx, u li qiegħda hemm biss għall-kumpaniji l-kbar. 

Qal lir-relazzjoni taċ-ċittadin Ewropej mal-Unjoni Ewropa fil-kuntest tal-kriżi ekonomika hżien u id-dgħajjef għax l-perċezzjoni taċ-ċittadini dwar l-Ewropa ħadet daqqa l-isfel. 

Spjega kif dan hu mument vulnerabbli għall-Unjoni Ewropea, fejn l-aktar affarijiet tanġibbli li jikkostittwixxu l-Unjoni, jiġifieri s-Suq Intern u l-Eurozone, t-tnejn qegħdin f’periklu. “Jekk l-Unjoni Ewropea ma tillebarax ruħha minn din il-problema finanzjarja ma nistgħux nimirħu għall-areas oħra fl-iżvilupp ta’ dan l-blokk” saħaq d-Deputat Prim Ministru.

Qal li jekk iċ-ċittadini jkunu fuq in-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej hemm ċans ikbar li l-isfidi jnitrebħu.  “Hija l-Unjoni li trid tbiddel l-mod kif tagħmel l-affarijiet u ddur madwar ċ-ċittadin, kull darba li taħseb direttiva ġdida trid taħseb fuq iċ-ċittadin u kif dan ser jintlaqat”, sostna Louis Grech.

Fakkar kif dan il-Gvern ikkommetta ruħu li jkun qrib in-nies u jneħħi l-burokrazija. Kien hawn li ħabbar li l-Gvern fil-ġimgħat li ġejjin ser jagħmel tibdiliet fid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-MEPA biex l-proċess tal-assorbiment tal-Fondi jitħaffef u l-benefiċċji jinħassu kemm jista jkun malajr.

Temm jgħid li hu konvint li kull stakeholder u rappreżentant tal-istituzzjonijiet Ewropej f’Malta għandu l-intenzjoni li jagħti valur miżjud liċ-ċittadin, kemm fil-kuntest Malti u dak Ewropew u li jekk jkun hemm l-onesta u r-rieda li taħdem din mhux ser tkun xi ħaġa impossibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow