FONDI EWROPEJ UZATI B'GHAQAL JGHINUNA NIRBHU L-ISFIDI FIL-QASAM TAL-EDUKAZZJONI
Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Presidenza Ewropeja 2017 u Fondi Ewropej Ian Borg llum kompla biż-żjarat tiegħu fuq proġetti li ġew iffinanzjati minn Fondi Ewropej biex ifakkar id-disa’ sena mis-sħubija ta’ Malta fl-UE. Din id-darba żar il-bini tal-istitut tal-ixjenza, in-negozju u l-kummerċ ġewwa l-MCAST li ibbenefika min kwazi għaxar miljun ewro fondi taħt il-European Regional Fund.
Bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej l-Onor. Borg qal li bħalissa għaddeja konsultazzjoni kontinwa mal-Ministru tal-Edukkazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo biex fil-budget il-ġdid tal-UE 2014-2020 ikun assigurat li jkun hemm aktar fondi allokati għall-Kampus ta’ l-MCAST sabiex ikompli jikber u b’hekk jkun jista` joffri firxa ikbar ta’korsijiet li jilħqu l-abiltajijiet ta’ kull individwu.
Dr.Borg irrimarka li għalkemm dan il-proġett kien wieħed ta’ suċċess, huwa nfurmat li l-amministrazzjoni ta l-MCAST kellha problemi fi proġetti li jaqaw taħt il-European Social Fund. Għalhekk waqt din iż-żjara s-Segretarju Parlamentari ħabbar li biex jitnaqqas ir-riskju li jintilfu xi fondi, ittiħdet id-deċizjoni biex fid-Department of Contracts ikun hemm aktar nies speċjalizzati fil-fondi Ewropej ħalli jgħinu biex jiġi iffaċilitat il-proċess.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni l-Onor Evarist Bartolo li min-naħa tiegħu irringrazzja lil politiċi preċedenti, l-amministrazzjoni ta’ l-MCAST u l-fondazzjoni għall-iskejjel t’għada għal impenn li urew biex dan il-proġett jiġi mwettaq.
L-Onor. Bartolo ħabbar ukoll li ħa ssir ħidma fejjieda biex l-edukazzjoni vokazzjonali f’pajjiżna tiġi msaħħa. Huwa qal li dan ħa jsir b’koordinament akbar bejn l-iskejjel sekondarji u l-MCAST biex b’hekk mhux biss nassiguraw li aktar studenti jkomplu jistudjaw wara sittax-il sena imma li dawn jtemmu l-kors li jkunu qabdu b’suċċess.
L-Onor. Borg tem jghid li dawn iz-zjarat fuq proġetti iffinanzjati mill-UE qed iservu biex fid-disa’ sena anniversarju minn meta Malta daħlet fl-UE titqajjem aktar kuxjenza fost il-poplu Malti u Għawdxi, li jekk il-Fondi Ewropej jkunu imaniġġjati b’mod għaqli, dawn jistgħu iservu biex il-pajjiż jkompli jirbaħ l-isfidi li għandu quddiemu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en