Left arrow Go Back

FONDI EWROPEJ UZATI B'GHAQAL JGHINUNA NIRBHU L-ISFIDI FIL-QASAM TAL-EDUKAZZJONI

pr0894
Date Icon 04/05/2013

Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Presidenza Ewropeja 2017 u Fondi Ewropej Ian Borg llum kompla biż-żjarat tiegħu fuq proġetti li ġew iffinanzjati minn Fondi Ewropej biex ifakkar id-disa’ sena mis-sħubija ta’ Malta fl-UE. Din id-darba żar il-bini tal-istitut tal-ixjenza, in-negozju u l-kummerċ ġewwa l-MCAST li ibbenefika min kwazi għaxar miljun ewro fondi taħt il-European Regional Fund.

Bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej l-Onor. Borg qal li bħalissa għaddeja konsultazzjoni kontinwa mal-Ministru tal-Edukkazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo biex fil-budget il-ġdid tal-UE 2014-2020 ikun assigurat li jkun hemm aktar fondi allokati  għall-Kampus ta’ l-MCAST  sabiex ikompli jikber u b’hekk jkun jista` joffri firxa ikbar ta’korsijiet li jilħqu l-abiltajijiet ta’ kull individwu.

Dr.Borg irrimarka li għalkemm dan il-proġett kien wieħed ta’ suċċess, huwa nfurmat li l-amministrazzjoni ta l-MCAST kellha problemi fi proġetti li jaqaw taħt il-European Social Fund. Għalhekk waqt din iż-żjara s-Segretarju Parlamentari ħabbar li biex jitnaqqas ir-riskju li jintilfu xi fondi, ittiħdet id-deċizjoni biex fid-Department of Contracts ikun hemm aktar nies speċjalizzati fil-fondi Ewropej ħalli jgħinu biex jiġi iffaċilitat il-proċess.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni l-Onor Evarist Bartolo li min-naħa tiegħu irringrazzja lil politiċi preċedenti, l-amministrazzjoni ta’ l-MCAST u l-fondazzjoni għall-iskejjel t’għada għal impenn li urew biex dan il-proġett jiġi mwettaq.

L-Onor. Bartolo ħabbar ukoll li ħa ssir ħidma fejjieda biex l-edukazzjoni vokazzjonali f’pajjiżna tiġi msaħħa. Huwa qal li dan ħa jsir b’koordinament akbar bejn l-iskejjel sekondarji u l-MCAST biex b’hekk mhux biss nassiguraw li aktar studenti jkomplu jistudjaw wara sittax-il sena imma li dawn jtemmu l-kors li jkunu qabdu b’suċċess.

L-Onor. Borg tem jghid  li dawn iz-zjarat fuq proġetti iffinanzjati mill-UE qed iservu biex fid-disa’ sena anniversarju minn meta Malta daħlet fl-UE titqajjem aktar kuxjenza fost il-poplu Malti u Għawdxi, li jekk il-Fondi Ewropej jkunu imaniġġjati b’mod għaqli, dawn jistgħu iservu biex il-pajjiż  jkompli jirbaħ l-isfidi li għandu quddiemu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow