STQARRIJA MILL-ONOR. J. HERRERA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI, WAQT LAQGĦA MAL-CULTURAL MENTORS
pr0890
03/05/2013
“Jeħtieġ li insaħħu l-Ambaxxaturi kulturali fl-iskejjel tagħna” – l-Onor. J. Herrera
Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari Dr Jose’ Herrera attenda għal sessjoni li fiha ltaqgħu l-cultural mentors li għandna fl-iskejjel tagħna. Dr Herrera faħħar ix-xogħol li qed jagħmlu dawn l-ambaxxaturi kulturali fl-iskejjel tagħna u awgura biex il-ħidma tagħhom tikber biex f’pajjiżna jkollna popolazzjoni aktar kreattiva.
Bħalissa hemm b’kollox 45 cultural mentor. Din l-inizjattiva għadha fil-bidu tagħha. Dr. Herrera qal li l-impenn tiegħu huwa li inizjattivi bħal dawn jikbru biex fl-istituzzjonijiet edukattivi tagħna jkollna aktar ambaxxaturi li jmexxu ‘l quddiem l-kultura f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en