Left arrow Mur Lura

B’UŻU GĦAQLI TAL-FONDI EWROPEJ NIRBĦU L-ISFIDI

pr0887
Date Icon 03/05/2013

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza Ewropea 2017 u Fondi Ewropej, l-Onor. Ian Borg, illum żar l-Eco Museum fir-Rabat Għawdex biex ifakkar id-disa’ sena mis-sħubija ta’ Malta fl-UE. Din hija waħda minn sensiela ta’ żjarat li Dr. Borg ser ikun qiegħed jagħmel matul il-jiem li ġejjien fuq proġetti li ġew iffinanzjati minn Fondi Ewropej.

L-Eco Museum magħruf aktar bħala il-Ħagar, huwa proġett immexxi minn Fondazzjoni Belt Victoria u l-għan tiegħu huwa li jippromovi u juri l-patrimonju storiku tar-Rabat Għawdex. Dr. Borg qal li dan il-proġett ibbenefika min kważi miljun euro fondi taħt il-European Regional Development Fund.

Dr. Borg irrimarka kif anke jekk wasalna fl-aħħar tal-programm finanzjarju 2007-2013, innota kif il-fondi li l-Gvern preċedenti kien ippjana li jkunu assorbiti minn Għawdex, jigifieri 10%, ghadhom ma ntlaħqux. Huwa qal kif il-Ministeru f'Għawdex qed jaħdem qatigħ sabiex dan ikun milħuq sal-aħħar tas-sena.

Bħal ma ġie mwiegħed qabel l-elezzjoni, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej qal li Gvern ġdid ha jkun qiegħed jara li Għawdex jassorbi fondi Ewropej fl-istess livelli u anki ogħla minn dak li sar fl-aħħar snin.

Preżenti wkoll waqt din iż-żjara kien hemm il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Anton Refalo  li minn naħa tiegħu rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari li wera sens ta’ responsabbiltà b’risq il-gżira Għawdxija meta għazel li jniedi din il-kampanja propju mill-gżira Għawdxija. Wiegħed li minn naħa tal-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jaħdem mill-qrib mas-Segretarjat u stqarr li ġa ġiet identifikata persuna li ser tkun qed taħdem fil-Ministeru għal Għawdex sabiex tgħin għaqdiet mhux governattivi u intrapriżi għawdxin jiksbu fondi Ewropej. Ħabbar ukoll li fi ftit ġimgħat oħra għandu jinbeda x-xogħol fuq proġett ta’ mużew Nazzjonali tal-arti f’Għawdex fi Triq ir-Repubblika u ser issir ħidma ħolistika sabiex il-kultura Għawdxija tkun imxerrda mal-gzira Għawdxija kollha.

L-Onor. Borg temm jgħid li dawn iż-żjarat ser iservu biex fid-disa’ anniversarju minn meta Malta daħlet fl-UE titqajjem kuxjenza fost il-poplu Malti u Għawdxi dwar ir-rwol tal-fondi Ewropej biex jintrebħu l-isfidi li l-pajjiż għandu quddiemu fiż-żmien li ġej.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow