Left arrow Mur Lura

JITNIEDA S-SIT VISITGOZO.COM

pr0885
Date Icon 03/05/2013

Il-Ministeru għal Għawdex nieda sit uffiċjali tat-turiżmu, visitgozo.com, liema sit ser ikun tradott b’seba’ lingwi differenti. Permezz ta’ dan is-sit, il-gżira Għawdxija ser titpoġġa fuq livell ġdid u għoli ta’ promozzjoni f’suq turistiku, li tant sar jiddependi mid-dinja interattiva tal-lum. Is-sit visitgozo.com ser joffri esperjenza lil dawk kollha li jżuruh fejn ser joffri kull informazzjoni possibbli mill-operaturi turistiċi Għawdxin.

visitgozo.com għandu l-għan ukoll li jgħin lil dawn l-operaturi turistiċi f’Għawdex itejbu l-promozzjoni tagħhom f’suq daqstant kompetittiv anke permezz ta’ faċilità ta’ online booking. L-istess sit ser ikun utli sabiex joffri suġġerimenti u ideat kif wieħed jista’ jqatta’ btala mill-isbaħ f’Għawdex. Dan is-sit ġie kkordinat mid-Direttorat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bil-għan li jitkattar iżjed turiżmu f’Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex waqt l-inawgurazzjoni uffiċjali tas-sit faħħar din l-inizjattiva u wiegħed li dan kien wieħed mill-ewwel passi li ħa l-gvern attwali sabiex juri l-impenn tiegħu bis-serjetà lejn is-settur turistiku f’Għawdex, liema settur huwa stmat bħala pilastru ewlieni għall-ekonomija Għawdxija. Huwa fakkar kif fil-jiem li għaddew il-Gvern ħabbar tlett proġetti importanti għal dan is-settur f’Għawdex li jikkonsistu f’bini ta’ moll fiss u faċilitajiet sabiex jintrabtu il-cruise liners f’Għawdex, liċenzja ta’ casino f’Għawdex, kif ukoll tħabbar li fil-jiem li ġejjin ser jitnieda l-pjan ta’ Agrituriżmu f’Għawdex. B’dawn it-tliet proġetti mħabbra fil-jiem li għaddew, flimkien ma din it-tnedija tas-sit visitgozo.com, il-Ministru għal Ghawdex, l-Onor. Anton Refalo, qed juri fiċ-ċar li qed jimplimenta l-mandat elettorali tiegħu rigward il- qasam turistiku f’Għawdex.

Għat-tnedija ta’ dan is-sit, li saret fis-sala tal-konferenzi tal-Ministeru għal Għawdex, attendew bosta operaturi turistiċi li kollha dehru entużjasti b’dan il-proġett li huwa maħsub li ser ikompli jkattar il-ġid komuni f’Għawdex.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit visitgozo.com.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow