IL-MINISTRU CARDONA F’LAQGĦA INFORMALI TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-KOMPETTITIVITA’ F’DUBLIN L-IRLANDA
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, L-Onor. Chris Cardona, attenda għal-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kompettivita’ li tlaqqet fl-Irlanda, illum, 2 ta’ Mejju 2013.
Il-Ministru Cardona iltaqa’ personalment ma’ diversi Ministri tal-Ekonomija u Industrija minn diversi stati tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali ta’ pajjiżna u jinġieb aktar Investiment dirett lejn Malta.
F’sezzjoni informali, il-Ministri tkellmu dwar kuntratti miftehma bejn zewġ naħat li jwasslu għal kompettitvita’u tkabbir. Il-Ministru Cardona qal li Malta kienet diġa ħadet diversi iniżjattivi f’dan ir-rigward waqt li qed tevalwa l-implimentazzjoni ta’ oħrajn. Il-pożizzjoni ta’ Malta qal, Dr Chris Cardona, hija dik li qabel ikunu kkonsidrati sistemi oħrajn tingħata attenzjoni partikolari lil dawk eżistenti.
Diskussjoni oħra li pparteċipa fiha l-Ministru Cardona kienet dik dwar l-Internazzjonalizazzjoni tal-Intrapriżi żgħar. Huwa qal li Malta kienet qed tapprezza l-isforz li qed isir mill-Kummissjoni Ewropea biex tippromwovi l- Internazzjonalizazzjoni tan-negozji ż-żgħar. Dawn l-isforzi, qal il-Ministru Cardona, għandu jkun aktar koordinat u aktar effiċjenti għall-inizjattivi ta’ sapport li jeżistu għan-negozji.
“Malta temmen li s-suq internazzjonali joffri diversi opportunitajiet li izda n-negozji ż-żgħar mhumiex konxji tagħhom u għalhekk iniżjattivi li jgħatu aktar opportunitajiet ta’ għarfien tas-swieq huma bzonnjuzi hafna” qal Dr Chris Cardona. Huwa tenna li f’dawn ir-rigward Malta kienet qed il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea li tirrevedi l-‘Europe Enterprise Network’.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en