DIPLOMAZIJA EKONOMIKA ĠEWWA R-ROTARY CLUB F’ ESKIŞEHIR IT-TURKIJA
Nhar it-30 t’April 2013, il-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, Reuben Gauci, ġie mistieden mir-Rotary Club tal-Belt Torka ta’ Eskişehir sabiex jagħmel taħdita fuq Malta u l-potenzjal ekonomiku tagħha. Għal din it-taħdita attendew negozjanti prominenti, akkademiċi u professjonisti mill Belt ta’ Eskişehir kif ukoll membri mill-kamra tal-Kummerċ ta’ din il-Belt. Il-Belt ta’ Eskişehir għandha popolazzjoni ta’ madwar 750,000 u tinsab fil-qalba tat-Turkija.
Matul it-taħdita l-Konslu Ġenerali tkellem fuq l-Istorja tal-Gżejjer Maltin u għadda għall-potenzjal ekonomiku li joffri l-pajjiż. Is-Sur Gauci aċċenna fuq l-istabbiltà li toffri Malta għall-investiment u l-fatt li Malta hija ċentru attiv tas-servizzi finanzjarji, e-gaming, turżimu u reġistrazzjoni tal-vapuri. Il-Konslu Ġenerali għamel użu minn preżentazzjoni power point imħejjija mill-Malta Enterprise.
Fi tmiem it-taħdita, il-Konslu Ġenerali xtaq il-vjaġġ it-tajjeb lil dawk il-membri kollha tal-udjenza li sa jkunu fuq l-ewwel titjira tal-linja tal-ajru Torka Turkish Airlines lejn Malta, liema titjira sa ssir fil-25 ta’ Mejju 2013. Is-Sur Gauci stieden lil dawk kollha preżenti sabiex iżuru Malta permezz tas-servizzi eċċellenti li jipprovdu l-linja Nazzjonali tal-Ajru Air Malta u t-Turkish Airlines.
Wara t-taħdita, il-Konslu Ġenerali ppreżenta inċiżjoni oriġinali ta’ Knisja f’Għawdex lill-President tar-Rotary Club ta’ Eskişehir is-Sur Ihsan Avci. Din l-inċiżjoni hija xogħol tal-artist Għawdxi Justin Falzon taħt l-awspiċi tal-Iskola tal-Arti ta’ Għawdex. Is-Sur Gauci kellu ukoll laqgħa ta’ kortesija mas-Sindku tal-Muniċipalità ta’ Tepebaşı, l-E.T. is-Sur Ahmet Ataç, liema muniċipalità tinsab fil-Belt ta’ Eskişehir.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en