Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA

pr0876
Date Icon 03/05/2013

‘Semma Leħnek’ – Konsultazzjoni Pubblika biex il-proċess tal-Ippjanar ikun simplifikat

Biex tkompli l-ħidma tal-Gvern sabiex jitwettaq il-Manifest Elettorali ‘Malta Tagħna Lkoll’, dalgħodu ġiet imnedija l-inizjativa ‘Semma’ Leħnek’, konsultazzjoni pubblika biex il-proċess tal-ippjanar ikun simplifikat.

Il-Gvern huwa kommess biex jimxi mal-linja ‘Naħdmu lkoll biex inwettqu’ u permezz ta’ din l-inizzjattiva l-Gvern se jkun qed jisma’ lill-poplu biex ikun jista’ jaħdem u jwettaq.

Waqt żjara fl-uffiċini tal-MEPA fejn iltaqa’ mal-ħaddiema kollha tal-kumpanija, is-Segretarju Parlamentari nieda uffiċjalment din l-inizjattiva.

L-inizjattiva ‘Semma Leħnek’ hija parti mill-pjan li l-MEPA tinqasam f’żewġ entitajiet u se tkun mifruxa fuq spazju ta’ tlett gimgħat fejn il-pubbliku in generali se jkun mistieden biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kif jistgħu jkunu simplifikati aktar il-proċeduri fi ħdan il-MEPA.

Kif imwiegħed, il-Gvern huwa kommess illi jnaqqas il-burokrazija b’25%, għalhekk fost l-oħrajn il-Gvern irid inaqqas, id-duplikazzjoni ta’ talbiet għall-informazzjoni li ħafna drabi tintalab mill-entitajiet differenti tal-Gvern. B’dan il-mod tiżdied l-effiċjenza u jkun evitat ‘overlapping’ ta’ proċeduri bla bżonn.

F’dan ir-rigward qed issir stedina lill-pubbliku in generali biex jinfurmana bl-esperjenza tiegħu billi jibgħat email fuq: riformamepa.opm@gov.mt.

Dan l-email account se jkun miftuh għal perjodu ta’ tliet gimgħat li jibdew mit-Tnejn 6 ta’ Mejju u jispiċċaw it-Tnejn 27 ta’ Mejju 2013.

Dawn li ġejjin huma xi eżempji li diġà nafu dwarhom u li għaddejja ħidma kontinwa biex jinstabu soluzzjonijiet għalihom:

• Tariffi esaġerati li kultant jaqtgħu qalb dak li jkun: xi ħaġa li ħdimna fuqha biex it-tariffi jitnaqqsu fejn f’każijiet tnaqqsu anki bin-nofs;

• Nuqqas ta’ nfurzar min-naħa tal-MEPA waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħol u dan b’detriment għall-girien li jkunu qed jgħixu f’periklu;

• Applikazzjonijiet tal-istess natura, iżda li jiġu trattati b’mod differenti u b’veloċità differenti;

• Dewmien bla bżonn biex jinħarġu compliance certificates;

• Applikazzjonijiet li għal raġunijiet misterjużi jibqgħu lura milli jiġu pproċessati;

• Deċiżjonijiet li ma jirrispettawx il-provvedimenti tal-Pjan Lokali u dan anke jekk b’detriment għall-applikant;

• Applikazzjonijiet li ma jkunux jistgħu jiġu pproċessati peress li l-applikanti jintalbu jiksbu informazzjoni meħtieġa minn entitajiet tal-Gvern, iżda din l-informazzjoni qatt ma tasal għandhom ;

• Policies ta’ ippjanar li ma jikkumplimentawx il-provvedimenti tal-Kodiċi Ċivili;

• Interpretazzjonijiet differenti tal-istess policy;

• Policies, bħal dawk  li jirregolaw “parking standards” u “change of use” li qed ixekklu inizjattivi ġodda fil- kummerċ;

• Policies li qatt ma ġew aġġornati, u li allura ma jindirizzawx l-eżiġenzi soċjo-ekonomiċi tal- lum. Dawn jinkludu, per eżempju, policies li jirregolaw l-industrija tal-biedja u sajd u enerġija alternattiva;

• Policies, bħal dawk li jippromwovu “comprehensive planning”, li jinstemgħu sbieħ fuq il- karta iżda li fir-realtà ma jistgħux jiġu implimentati;

• Inkonsistenzi bejn deċiżjonijiet tat-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, b’tali mod li dak li jiġi deċiż mit-Tribunal xorta jibqa’ jiġi injorat mill-Awtorità għal deċiżjonijiet futuri;

• Nuqqasijiet proċedurali quddiem it-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, fejn per eżempju appellant ma jitħalliex iressaq xhieda minkejja li din tista’ tkun rilevanti għall-każ;

Dawn huma biss ftit eżempji li fil-fehma tagħna huma rilevanti u allura qed issir ħidma biex tinstab soluzzjoni.

Ma’ dawn l-eżempji msemmija, aħna persważi illi jeżistu numru ta’ każijiet oħrajn illi l-pubbliku ltaqa’ magħhom u għalhekk important li l-Gvern ikun jaf b’dawn il każijiet.

Permezz tal-inizjattiva ‘Semma Leħnek’, il-pubbliku se jkun involut b’mod dirett fid-deċiżjonijiet li jridu jirregolaw il-futur ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow