Left arrow Go Back

IL-MINISTRU HELENA DALLI F’LAQGĦA MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAN-NISA

pr0875
Date Icon 03/05/2013

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli għamlet żjara lill-uffiċju tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. 

Matul il-laqgħa, li għaliha attendew rappreżentanti ta’ għaqdiet differenti tan-nisa u li huma affiljati mal-Kunsill, il-Ministru Dalli ddiskutiet diversi aspetti tal-ħajja li jolqtu direttament lin-nisa u li jipreżentaw sfidi li jridu jiġu indirizzati.

Fost l-oħrajn, il-Ministru tkellmet dwar l-importanza li aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, mhux biss minħabba l-importanza ekonomika li din iġib magħha.  Dr Dalli aċċennat għall-importanza li l-postijiet tax-xogħol f’pajjiżna jkunu strutturati biex jindirizzaw l-isfidi li jaffaċċjaw ġenituri li jaħdmu.  Hi saħqet fuq l-importanza li min iħaddem joffri inċentivi favur il-familja.  Il-Gvern huwa impenjat li jindirizza l-ħarsien tat-tfal żgħar ta’ ġenituri li jaħdmu.  Waqt id-diskussjoni tqajjem is-suġġett ta’ breasfeeding fuq il-post tax-xogħol mill-ommijiet.

Il-Ministru Dalli tkellmet ukoll dwar il-vjolenza fuq in-nisa, inkluż il-vjolenza domestika, fejn saħqet li bħala soċjeta`, apparti l-għajnuna li nagħtu lill-vittmi, għandna naraw li min jagħmel il-vjolenza jingħata t-trattament li jkollu bżonn biex joħroġ mill-problema ta’ vjolenza li jkollu.  Hija tkellmet ukoll fuq il-kwistjoni tat-traffikar tal-persuni.

Waqt id-diskussjoni tqajjmu affarijiet oħra bħall-problema tal-pornografija li jkollha impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet bejn koppji addoloxxenti, il-mard trasmess sesswalment, u t-tqala fost l-addoloxxenti.  Il-Ministru Dalli qalet li l-problema tal-pornografija għandha tkun indirizzata b’aktar edukazzjoni fil-livell primarju fejn it-tfal jitgħallmu li dak li jistgħu ikunu qed jaraw mhix stampa reali tal-intimita` bejn il-koppji.

Waqt il-laqgħa, is-Sinjura Mary Gaerty, President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, ippreżentat kopja ta’ riżoluzzjonijiet li kienu approvati waqt l-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kunsill li saret f’Jannar li għadda.  Din ir-riżoluzzjoni titratta diversi aspetti tal-ugwaljanza bejn is-sessi u temi oħra li għandhom impatt fuq in-nisa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow