DELEGAZZJONI ĊINIŻA FUQ ŻJARA MILL-MINISTERU T'GĦAWDEX
Delegazzjoni ta’ ’l fuq minn erbgħin Sindku Ċiniż żaret il-gżira Għawdxija. Din l-attività saret fuq l-inizjattiva tal-Fondazzjoni Malta China Friendship Society, u d-delegazzjoni kienet immexxija mill-eks Membru Parlamentari Reno Calleja.
Matul iż-żjara tagħhom iċ-Ċiniżi ngħataw l-opportunità li jżuru lokalitajiet f’Għawdex. Barra minn hekk is-sindki tal-lokalitajiet Għawdxin ma baqgħux lura milli jaħtfu din l-opportunità u jistabbilixxu kuntatti għall-ġejjieni.
Id-delegazzjoni Ċiniża kienet milqugħa wkoll mill-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo fis-sala tal-konferenzi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fejn minn naħa tiegħu, il-Ministru rringrazzja lill-organizzaturi ta’ din l-attività u lill-parteċipanti Ċiniżi. Minn naħa tiegħu l-Ministru ghal Għawdex fakkar li l-gvern attwali dejjem kellu relazzjonijiet mill-aqwa maċ-Ċina u wiegħed li tul din l-amministarzzjoni ser jaħdem mill-qrib mal-ambaxxatur taċ-Ċina sabiex ir-relazzjoni bejn il- gżira Għawdxija u l-pajjiż kbir taċ-Ċina jitjiebu bil-għan li jiżdied il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet.
Fi tmiem l-okkażjoni, is-sindki Għawdxin u dawk Ċinizi għamlu skambju ta’ tifkiriet mill-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en