Il-MINISTRU LEO BRINCAT IŻUR XOGĦOLIJIET TA’ TINDIF FIL-BAJJA TA’ SAN TUMAS MINN RICHMOND FOUNDATION FL-20 SENA MIT-TWAQQIF TAGĦHA
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat illum waranofsinhar attenda għall-attività li matulha sar tindif tal-bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala, attività li ttellgħet minn Richmond Foundation u dan bħala parti mill-attivitajiet li din l-fondazzjoni qed tagħmel biex jitfakkar l-għoxrin sena mit-twaqqif tagħha.
Il-Ministru Leo Brincat qal li bi pjaċir laqa’ l-istedina ta’ Richmond Foundation biex jattendi u jagħti sapport lill-inizzjattivi bħal dawn.
Qal li inizzjattiva bħal din minn Richmond Foundation tagħmel sens ħafna għaliex l-ambjent u s-saħħa mentali hemm konnessjoni kbira bejniethom.
Greener Environment for Better Mental Wellbeing hija t-tema li fuqha kienet ibbażata l-idea li jsir tindif ta’ waħda mill-bajjiet li għandna f’Malta.
Il-Ministru Brincat qal li huwa lest jagħti kull appoġġ possibbli lill-inizzjattivi li toħroġ bihom il-fondazzjoni Richmond.
Waqt iż-żjara l-Ministru Brincat iltaqa’ u tkellem ma’ impjegati u voluntiera ta’ Richmond Foundation, kif ukoll klijenti ta’ din il-fondazzjoni li flimkien daħlu għal din l-inizzjattiva.
Preżenti għal din l-inizzjattiva kien hemm ukoll is-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en